Monday, December 23, 2024

“Ma nistgħux noqogħdu ngħoddu l-ġranet tal-attendenza … Se naraw li l-edukazzjoni tilħaq lit-tfal bl-aħjar mod”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-ħin li ġej is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni Frank Fabri se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-ftuħ tal-iskejjel.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika bdiet l-intervent tagħha billi qalet li qatt ma jista’ jkun hemm zero risk. Charmaine Gauci ħeġġet lill-ġenituri biex il-ġenituri jiċċekkjaw lil uliedhom għad-deni qabel jintbagħtu l-iskola. It-tfal se jkunu qed jiġi ttestjati minħabba sintomi li jista’ jkollhom. Se jkun hemm parti fl-iskejjel biex l-istudenti jinżammu sakemm dawn jinġabru mill-ġenituri.

Tkellmet dwar l-importanza dwar id-distanza soċjali anke fil-klassijiet u b’hekk in-numru ta’ studenti fil-klassijiet se jinżamm żgħir kemm jista’ jkun.

Rigward l-ilbies tal-maskri, Gauci qalet li l-istudenti iżgħar minn tliet snin mhux se jilbsu l-maskri. Dawk it-tfal ta’ bejn it-tliet snin u l-11-il sena se jkunu qed jilbsu l-maskri meta jkunu f’kuntatt ma’ tfal oħra bħalma huma fil-bitħa jew kurituri. Dawk ‘il fuq minn 11-il sena u l-istaff għandhom jagħmlu użu minn maskra jew visor f’kull ħin.

Tkellmet dwar l-importanza ta’ contact tracing biex f’każ ta’ xi każ pożittiv, is-sitwazzjoni tkun tista’ tiġi kkontrollata kemm jista’ jkun malajr.

Dwar it-trasport se jinżamm record tal-istudenti li jirkbu, it-traġitt se jinżamm kemm jista’ jkun qasir, l-importanza tal-użu tal-hand sanitizer, tindif bejn vjaġġ u ieħor u importanti l-użu tal-maskra.

Waqt waħda mit-tweġib tal-ġurnalisti, Frank Fabri tkellem dwar il-bżonn li t-tfal jerġgħu lura għax l-aħjar edukazzjoni ssir fl-iskola. Qal li fl-iskola ma jiġux mgħallma biss is-suġġetti u għalhekk qed issir din il-ħidma biex jinżammu dawn il-prattiċi ta’ tagħlim.

Tkellem dwar lezzjonijiet ‘teleskola’ biex dawk li jinqabdu d-dar ikunu jistgħu jsegwu. Rigward il-policy tal-attendenza, minħabba din is-sitwazzjoni straordinarja, il-Ministeru se jkun qed jemenda l-policy tal-attendenza biex ikun jista’ jagħti sapport lill-familji Maltin u Għawdxin.

Fabri tkellem dwar miżuri fl-iskejjel sekondarji biex il-grupp jew il-gruppi ta’ studenti jkunu kompatti kemm jista’ jkun. Qal li sal-lum ħafna mill-klassijiet huma tal-għalliema u l-istudenti jmorru minn klassi għall-oħra. Qal li issa se ssir ħidma biex jinħolqu gruppi li t-taħlit isir biss bejn dawn l-istess gruppi li jibqgħu intatti.

Fabri għamilha ċara li l-ġenituri għandhom jiċċekkjaw lil uliedhom għad-deni b’mod speċjali qabel jirkbu fuq it-trasport provdut mill-gvern u f’każ li dawn ikollhom id-deni, m’għandhomx jintbagħtu l-iskola u jiġi kkonsultat it-tabib tal-familja.

Miżura oħra ta’ mitigazzjoni hija li tfal li joqogħdu ‘l bogħod aktar minn Kilometru u nofs mill-iskola se jiġu inkoraġġiti biex minflok jużaw it-trasport jużaw il-bus.

Rigward l-kolazzjon li jingħata fl-iskejjel, se tieqaf il-prattika li t-tfal jidħlu u jitħalltu. Issa din il-prattika se titwaqqaf. Mal-wasla tagħhom fl-iskola, it-tfal se titeħdilhom it-temperatura, se jaħslu idejhom, jingħataw kolazzjon u jmorru f’żoni partikolari fl-iskola. Hawnhekk is-Segretarju Permanenti ħeġġeġ lill-ġenituri biex jibagħtu lil uliedhom ftit qabel f’dawn is-sitwazzjoni.

Rigward id-distanza soċjali, Charmaine Gauci qalet li l-ħsieb hu li f’kull klassi tipprova tintlaħaq distanza ta’ mill-anqas metru u nofs bejn student u ieħor.

Biex jikkjarifika dwar l-attendenza, Fabri qal li se jkunu qed jaraw li l-edukazzjoni mal-ftuħ tagħha tkun qed tilħaq lill-istudenti bl-aħjar mod possibbli. Huwa qal li fuq naħa għandek il-valur għoli tal-edukazzjoni, iżda rridu nifhmu s-sitwazzjoni u b’hekk jekk l-awtoritajiet stess qed iħeġġu lill-ġenituri biex ma jibagħtux lit-tfal tagħhom jekk ikunu ma jifilħux biex jitnaqqsu ir-riskji, naturalment ma jistgħux joqogħdu jgħoddu l-ġranet tat-tifel li ma jmurx l-iskola biex tittieħed xi miżura kontra dawn it-tfal.

Ekonomija

Sport