Sunday, November 24, 2024

“Ma rridux politika ta’ aħmar u blu iżda politika ta’ għaqda”- Is-Sindku tal-Imtarfa Dale Hayman

Aqra wkoll

“Ma rridux politika tal-blu jew aħmar. Aħna irridu politika tal-għaqda u l-umiltá. Aħna irridu l-għaqda għax aħna lkoll Maltin u Għawdxin. Għalhekk ejja naraw dak li jgħaqqadna u mhux dak li jifridna”

Dan kien il-messaġġ li wassal Dale Hayman, is-sindku tal-Imtarfa waqt attività politika ġewwa r-Rialto f’Bormla. Fid-diskors tiegħu, Hayman huwa beda biex qal li qatt ma stenna li se jkun qiegħed jindirizza lin-nies preżenti.

Spjega li llum mhux biss żagħżugħ attiv fil-politika tal-Partit Laburista iżda l-iżgħar sindku fil-lokalita’ tal-Imtarfa. Stqarr li tassew jemmen li l-ġenerazzjoni żgħażugħa għandhom id-dmir li jkunu attiviti fil-politika u li jinvolvuruħhom f’dak li qiegħed jiġri fil-pajjiż.

Irrimarka li l-appell huwa sabiex wieħed jirrifletti fuq il-messaġġ li ta l-poplu, kemm fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u dawk tal-Kunsilli Lokali. Dwar il-politiika nnifisha,Hayman qal li din bit-tajjeb u bil-ħażin tagħha hija l-għodda li tgħaqqadhom.

Fid-diskors tiegħu is-Sindku tal-Imtarfa qal ukoll; “Lilna ż-żgħażagħ ngħidilkom ingħaqdu magħna, ħalli flimkien inkunu aħna l-protagonisti illi niktbu l-istorja u nbiddlu dan il-pajjiż għax tabilħaqq hemm l-għajta li tbaqbaq li Malta hija l-ewwel u qabel kollox”

Sport