Saturday, October 26, 2024

“Ma setgħux jipproċedu biex jaraw x’wirtu għax isem il-missier kien miktub ħażin fl-att tat-twelid u fl-att tal-mewt”

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, fil-Parlament semma kif familjari ma setgħux jipproċedu biex jaraw x’wirtu għax isem il-missier kien miktub ħażin l-att tat-twelid u fl-att tal-mewt.

Hu spjega li “kien hemm persuna li twieldet u inkitbu d-dettalji tal-ġenituri tagħha. Din qatt ma ċċekkjat u qatt ma kellha bżonn ċertifikat tat-twelid. Meta mietet inħarrġilha ċertifikat tal-mewt u l-isem tal-missier kien differenti minn dak tat-twelid. Hi ma indunatx gaġħx kienet mitet u nħolqot problema. Il-missier fl-att tat-twelid u l-missier fl-att tal-mewt kitbuhom ħażin. L-eredi ma setgħux jipproċeduri biex jaraw x’wirtu. L-eredi tagħha għamlu rikors quddiem il-Qorti għar-Reviżjoni Notarili u lill-imħallef talbuh li kellhom il-provi x’kien jismu. Talbuha tirranġa dan l-iżball u l-Qorti aċċettat li tirranġa l-iżball fl-att tal-mewt imma ma rranġatx l-iżball fl-att tat-twelid. Allura is-sitwazzjoni ikkumplikat.”

Sport