Fil-Parlament ilbieraħ ittieħed l-ewwel vot b’rabta mal-mozzjoni li tressqet mill-Gvern dwar il-ħatra tal-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi għall-kariga ta’ Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Il-vot ma kisibx l-approvazzjoni taż-żewġ terzi tal-membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti wara li 41 membru vvotaw favur u 30 ivvutaw kontra. B’hekk il-mozzjoni m’għaddietx.
L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia qal li t-tieni vot fuq din il-mozzjoni se jittieħed fis-seduta parlamentari tas-27 ta’ Frar li ġej.