Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?
L-imħabba tiegħi lejn l-atletika bdejtha ta’ ‘l fuq minn 50 sena. Illum għandi 68 sena u bdejt jew tħajjart nibda niġri meta kont kbir fiż-żmien qisu ta’ 50 sena. Bdejt niġri għax ħajruni tlitt iħbieb li kienu ilhom jiġru. Konna naħdmu flimkien fl-MSD.
X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa?
L-ewwel tellieqa kienet AlFresco 5km u ħassejtha wisq, biss xorta ftit wara kont għamilt il-Malta Challenge fuq tlitt itlielaq – il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd, u l-Malta Challenge għamiltha madwar sitt darbiet infila, biss bejniethom għamilt ħafna tlielaq ta’ 5km, 10km u 21km. Dan filwaqt li kelli ħafna tlielaq f’Malta u barra minn xtutna bħall-Bupa 10.000, 10km Greenwich, 10km Barcelona, 21km Bupa 10.000 li kienet l-ewwel esperjenza tiegħi barra minn xtutna fejn ksibt ħin ta’ 48.23min, Greenwich 10km fejn kont ġejt First Age 50+, Barcelona 21km li kont għamiltha f’ħin ta’ 2hrs.28min – esperjenza sabiħa meta kelli 66 sena. In-Nofs Maratona ta’ Malta għamiltha għal ħafna snin b’ħinijiet ta’ madwar sagħtejn kull wahda. Issa ilni madwar sentejn ma nagħmel tlielaq għax kelli hernia u erġajt wara ftit żmien għandi oħra … imma xorta noħroġ niġri fi tmiem il-ġimgħa u nimxi matul il-ġimgħa, għax tiskanta avolja tikber xorta waħda jibqa’ ġo fik in-nar tal-eżerċizzju.
Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?
Il-livell ta’ ħafna mill-atleti huwa għoli ħafna. Atleti Maltin rebħu tiġrijiet barra minn xtutna u kellhom esperjenzi sbieħ. F’pajjiżna għandna talent kbir u ħafna ta’ etá kbira baqgħu jagħmlu xi tip ta’ eżercizzju fosthom mixi jew ġiri.
U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?
Illum hawn ħafna postijiet bħal trakki għall-ġiri u eżercizzju fl-iskejjel.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.
Ma tridx tintelaq jew iċċedi … anke ftit mixi tkun kbir fl-etá jgħinek!