Thursday, February 6, 2025

Ma’ Valletta United Waterpolo Club inħossni parti mhux biss minn tim iżda wkoll minn familja – Matthew Mifsud

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo?

L-imħabba tiegħi lejn il-waterpolo bdiet minn meta kont żgħir u kont immur ngħum is-Sliema pitch mal-ġenituri tiegħi u nara l-plejers tal-waterpolo jittrenjaw.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Valletta United Waterpolo Club sa issa.

L-esperjenza tiegħi ma’ Valletta United sa issa hija waħda tajba ħafna, fejn inħossni parti ta’ tim iżda wkoll ta’ familja. 

X’tikkummenta fuq il-kowċ u manager tat-tim, Joe Cremona?

Joe Cremona huwa l-kowċ tagħna, li jittrattana bħala t-tfal tiegħu stess. Qiegħed jagħti minn kollox biex jgħinna nitjiebu u jwassal lil-tim ta-Valletta fejn tassew ħaqqu, li huwa biex bil-mod il-mod nikbru u nieħdu l-Kampjonat tal-Premier matul iż-żmien.

Kif tqis il-livell tal-waterpolo Malti fil-preżent?

Il-livell tal-waterpolo Malti qiegħed jogħla matul iż-żmien, kif qed naraw mil-logħob tat-tim nazzjonali Malti. Malta qiegħda titjieb bil-mod il-mod, kif ukoll permezz tal-plajeres barranin li jgħinu l-klabbs biex il-livell ta’ hawn Malta jkompli jogħla.

U dak tar-riżorsi (pixxina) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob tagħkom?

Ir-riżorsi li għandna huma ta’ livell professjonali, speċjalment bil-pixxina l-ġdida tal-Kottonera, fejn naħseb li nistgħu nużawha ftit aktar għal-logħob tal-kampjonat, speċjalment fix-xitwa. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-waterpolo.

Ngħaddi messaġġ lil dawk kollha li jixtiequ jagħmlu karriera ta’ suċċess fil-waterpolo li jagħmlu minn kollox sabiex jirċievu dak li jixtiequ, kif ukoll li jsibu bilanċ bejn l-istudju u l-isport.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport