Tuesday, March 3, 2026

Maċedonjan jinżamm arrestat wara li allegatament qatel il-kelb tal-eks sieħba 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena residenti Wied il-Għajn nżamm arrestat wara li allegatament qatel il-kelb tal-eks sieħba u li kkawża biża’ fuqha.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Colin Sheldon spjegat li l-każ seħħ fil-jiem li għaddew, hekk kif il-Pulizija irċivew rapport mingħand il-vittma. 

Ingħad li inqala’ argument bejn il-vittma u l-imputat u li f’mument minnhom l-imputat ma’ kienx jaf x’qiegħed jagħmel minħabba li kien xurban. Il-vittma spjegat kif malli marret fis-sodda, kien hemm il-kelb ħdejha u li meta l-imputat talabha biex tressaq il-kelb u din ma riditx, allegatament dik il-ħin waddbu minn fuq is-sodda u qatlu

L-argument kompla jiggrava, bil-mara eventwalment kellha titlaq mill-post. Meta l-pulizija waslu fuq il-post, sabu lill-kelba bla ħajja fl-appartament. 

Fil-Qorti, l-imputat wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bid-Difiża ma’ tagħmel ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk ir-raġel ser jinżamm arrestat f’Kordin.

L-Avukat Mark Mifsud deher għall-akkużat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport