Monday, December 23, 2024

Macron imħasseb li d-diskussjonijiet mal-Iran dwar in-nukleari mexjin bil-mod wisq

Aqra wkoll

Il-President Franċiż Emmanuel Macron f’konversazzjoni li kellu mal-President Iranjan Ebrahim Raisi qal li l-possibbiltà li jintlaħaq ftehim biex jitneħħew is-sanz­jonijiet għadha hemm, iżda qal li d-diskussjonijiet hemm bżonn li jħaffu l-pass.

F’din il-konversazzjoni, li saret permezz ta’ telefonata, Macron qal li hemm bżonn li ż-żewġ naħat ikunu kommessi li jilħqu t-tragward tagħhom. Apparti hekk Macron talab ukoll għall-ħelsien immedjat tal-akkademiku Franco-Iranjan Fariba Adelkhah li kien reġa’ ġie arrestat f’Jannar li għadda, kif ukoll talab għall-ħelsien tat-turist Franċiż Benjamin Briere li ngħata tmien snin ħabs fuq akkużi ta’ spjunaġġ.

Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit – magħrufa bħala E3 – flimkien mal-Istati Uniti qegħdin jipprovaw isalvaw il-ftehim mal-Iran li kien ġie milħuq fi Vienna fl-2015. 

L-għan hu li l-Iran inaqqas drastikament l-attivita­jiet nukleari u bi tpattija jit­naqqsu s-sanzjonijiet minn fuqu. Fil-preżent dawn id-dis­kussjonijiet jinsabu fit-tmien rawnd tagħhom, bl-ewwel rawnd isir fis-27 ta’ Diċembru li għadda. Jidher iżda li dawn id-diskussjonijiet jinsabu mexjin bil-mod ħafna.

Ekonomija

Sport