Sunday, October 19, 2025

Macron inkwetat li beda l-kampanja tard… Le Pen tkompli tikseb riżultati tajbin

Aqra wkoll

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li għandu rimors li beda l-kampanja elettorali tard ħafna, u dan hekk kif is-sondaġġi qed juru li l-avversarju politiku tiegħu – Marine Le Pen – kompliet tagħmel avvanzi sostanzjali fost l-elettorat. 

Le Pen mistennija li tkun qiegħda tiffaċċja lil Macron fit-tieni rawnd tal-elezzjoni Presidenzjali li kulma jmur qiegħda ssir iktar missielta. Dan hu ta’ tħassib għall-kamp ta’ Macron hekk kif sa ftit tal-ġimgħat ilu tista’ tgħid li kien hemm ċertezza assoluta li Macron kien se jerġa’ jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali. Fil-preżent Macron għadu jinsab fuq quddiem mal-elettorat, iżda issa l-vantaġġ li qegħdin jimmarkaw is-sondaġġi jinsab fil-marġini ta’ żball.

Meta kien qiegħed jitkellem fuq l-istazzjon tar-radju RTL, Macron wissa li jekk Le Pen issir il-President ta’ Franza din tgerrex lill-investituri. Fl-istess intervista huwa tenna li kien hemm il-pjan li l-kampanja elettorali tiegħu tibda sitt ġimgħat ilu iżda ġara li faqqgħet il-kriżi ġewwa l-Ukrajna u minflok jiffoka fuq il-kwistjonijiet domestiċi Macron spiċċa jiffoka fuq din il-kriżi internazzjonali. B’hekk huwa qata’ lura f’dik li hija kampanja presidenzjali. 

Sport