Bħala sinjal tal-importanza dejjem tikber tal-gżira ta’ Greenland, il-President Franċiż Emmanuel Macron bħalissa qed iżur din il-gżira tal-Artiku f’dak li l-esperti politiċi jgħidu li hija wirja ta’ għaqda Ewropea u sinjal ċar lil Donald Trump.
Hekk kif wasal fil-kapitali Nuuk, Macron intlaqa’ minn temp kiesaħ u qawwi, iżda minkejja l-kundizzjonijiet kesħin, huwa intlaqa’ b’mod sabiħ. F’Nuuk, li hija belt żgħira ta’ inqas minn 20,000 ruħ, il-wasla ta’ mexxej dinji u d-delgazzjoni tiegħu hija avveniment ewlieni.
Macron huwa l-president ta’ Franza, iżda huwa wkoll meexxej importanti tal-Ewropa. Iż-żjara tiegħu hija messaġġ mill-pajjiżi Ewropej li qed juru appoġġ li Greenland hija ta-Renju tad-Danimarka, u għaldaqstant m’hijiex għal bejgħ.
Il-president ta’ Franza huwa l-ewwel mexxej ta’ profil għoli li ġie mistieden mill-prim ministru l-ġdid tal-Greenland Jens-Frederik Nielsen. It-taħditiet se jiffokaw fuq is-sigurtà tal-Atlantiku tat-Tramuntana u tal-Artiku kif ukoll fuq it-tibdil fil-klima, l-iżvilupp ekonomiku u l-minerali kritiċi, qabel ma Macron ikompli għas-summit tal-G7 fil-Kanada.
Il-Prim Ministru Daniża Mette Frederiksen qed tattendi wkoll, u sejħet iż-żjara tal-president Franċiż bħala xhieda konkreta oħra tal-unità Ewropea fost sitwazzjoni diffiċli tal-politika barranija f’dawn l-aħħar xhur.
Għal diversi xhur, il-gżira tal-Groenlandja, li hija territorju Daniż semi-awtonomu b’popolazzjoni ta’ 56,000 ruħ, ilha taħt pressjoni intensa hekk kif il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ripetutament jgħid li jrid jakkwista l-gżira vasta u rikka fil-minerali, fejn semma s-sigurtà Amerikana bħala r-raġuni ewlenija u ma eskludiex l-użu tal-forza biex jaħtafha.
Franza kienet fost l-ewwel nazzjonijiet li tkellmu kontra Trump, li saħansitra qalu li lesti li jużaw truppi, iżda d-Danimarka rrifjutat. Ftit jiem ilu biss fil-konferenza tal-Oċeani tan-Nazzjonijiet Uniti f’Nizza, Macron enfasizza li l-oċean mhuwiex għall-bejgħ, il-Groenlandja mhijiex għall-bejgħ, l-Artiku u l-ebda baħar ieħor mhu għall-bejgħ.
Biż-żieda fit-tensjonijiet u l-kompetizzjoni akbar bejn il-potenzi globali fl-Artiku, l-UE qed issaħħaħ ukoll ir-rwol tagħha. Aktar kmieni dan ix-xahar, il-blokk kummerċjali Ewropew iffirma ftehim li jinvesti f’minjiera tal-grafita tal-Groenlandja – metall użat fil-batteriji – hekk kif qed jitħabat biex jiżgura provvisti ta’ minerali kritiċi, kif ukoll riżorsi tal-enerġija, fost id-dominanza taċ-Ċna u l-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna.
Għal Franza, iż-żjara fil-Greenland hija marbuta mal-politika tagħha biex tagħti spinta lill-indipendenza Ewropea mill-Istati Uniti, jissuġġerixxi Marc Jacobsen, professur assoċjat fil-Kulleġġ Irjali tad-Difiża Daniż.
Dan huwa dwar, naturalment, is-sitwazzjoni tas-sigurtà mibdula fl-Atlantiku tat-Tramuntana u l-Artiku. Huwa wkoll sinjal qawwi li juri li Franza tieħu s-sigurtà Ewropea bis-serjetà.