Tuesday, December 24, 2024

Macron jiffirma l-liġi biex l-età tal-pensjoni titla’ għal 64 sena

Aqra wkoll

Il-President Franċiż Emmanuel Macron iffirma l-liġi li biha l-età tal-pensjoni tal-istat se togħla minn 62 għal 64 sena.

Minħabba din ir-riforma fil-liġi, Franza rat diversi dimostrazzjonijiet u prostesti però xorta waħda l-President iddeċieda li jiffirma l-liġi minħabba li qal li din hija l-aħjar deċiżjoni għal pajjiż.

Il-Kunsill Kostituzzjonali m’aċċettax proposta tal-Oppożizzjoni Franċiża biex isir referendum dwar din ir-riforma u konsegwenza ta’ hekk il-protesti żdiedu ferm b’mod partikolari fil-kapitali Pariġi.

Il-unjins li jirrappreżentaw miljuni ta’ ħaddiema ħalfu li minkejja li l-liġi ġiet iffirmata xorta waħda se jibqgħu jopponu tant li sejħu lill-ħaddiema kollha fil-pajjiż biex fl-1 ta’ Mejju jinżlu fit-toroq jipprotestaw.

Il-President Macron qiegħed jargumenta li jekk l-età tal-pensjoni ma titlax b’sentejn allura se jkun hemm kollass tas-sistema u l-Gvern ma jkunx pożizzjoni li joħroġ aktar pensjonijiet.

Hu ffirma din il-liġi fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, filwaqt li din il-liġi se tidħol fis-seħħ f’Settembru li ġej.

Fil-jien li ġejjin mistennija aktar protesti u dimostrazzjonijiet madwar il-pajjiż li ħafna minnhom spiċċaw vjolenti.

Ekonomija

Sport