Monday, December 23, 2024

Macron jitlef il-maġġoranza hekk kif il-vot Franċiż jinqasam

Aqra wkoll

Inqas minn xahrejn wara li rebaħ l-elezzjoni presidenzjali b’maġġoranza komda u reġa’ ġie elett president, Emmanuel Macron issa tilef il-kontroll tal-Assemblea Nazzjonali Franċiża wara prestazzjoni qawwija mill-alleanza tax-xellug u tal-lemin estrem.

F’din il-kampanja elettorali Macron kien talab lill-votanti biex jagħtu lill-partit tiegħu maġġoranza soda. Iżda l-koalizzjoni ċentrista tiegħu tilfet għexieren ta’ siġġijiet f’elezzjoni li ħalliet il-politika Franċiża maqsuma.

Elisabeth Borne, li kienet inħatret dan l-aħħar bħala prim ministru qalet li s-sitwazzjoni kienet bla preċedent u li faqqgħet maltempata fuq Pariġi hekk kif reġgħet lura fir-residenza tagħha ta’ Matignon minn laqgħa twila fil-palazz presidenzjali ta’ Élysée biex tgħid li Franza moderna qatt ma rat Assemblea Nazzjonali bħal din.

Hija ddeskriviet din is-sitwazzjoni bħala li tirrappreżenta riskju għal Franza minħabba r-riskji li qed jiffaċċja l-pajjiż fuq livell nazzjonali u internazzjonali. 

Il-mexxej tax-xellug estrem Jean-Luc Mélenchon esprima s-suċċess tiegħu billi ġab flimkien il-partiti mainstream mix-xellug mal-Komunisti u l-Ħodor f’alleanza msejħa Nupes.

Meta ndirizza lill-partitarji tiegħu, Melenchon qal li l-partit tal-President Macron kien sofra telfa totali u kull possibbiltà issa kienet f’idejhom. L-alleanza tax-xellug issa saret l-akbar forza tal-oppożizzjoni fi Franza, għalkemm l-istħarriġ tal-opinjoni kienu jindikaw li setgħu marru saħansitra aħjar.

Intant, Marine Le Pen u l-partit tagħha tal-lemin estrem National Rally kienu wkoll f’burdata ferħana wara li kisbu 89 siġġu mit-8 li kellhom qabel. Le Pen qalet li l-poplu tkellem u l-avventura ta’ Emmanuel Macron spiċċat biex issa għandu gvern ta’ minoranza.

Ekonomija

Sport