Sunday, November 24, 2024

“Madeleine McCann” toħroġ aktar evidenza… iżda ma tiftakarx kif u meta nsterqet

Aqra wkoll

“Tkellimt u għamilt kuntatt mal-pulizija kemm dik Ingliża u anke tal-Polonja u qegħdin jinjorawni,” qalet it-tfajla Pollakka li qed tallega li hija Madeleine McCann.

“La l-pulizija mhux qegħdin jagħtu kasi, allura kelli nirrikorri għal midja soċjali biex dak li rrid ngħid ngħidu u jwasal,” qalet it-tfajla. Il-profil tagħha fi ftit sigħat ra żieda ta’ persuni li kienu qegħdin isegwuha.

It-tfajla tgħid li fl-aħħar sigħat irċiviet ħafna messaġġi u kien hemm min qed jgħidilha li hi miġnuna, iżda hi taf li hemm xi ħaġa mhux f’posta f’ħajjitha aktar u aktar wara dak li semgħet mingħand in-nanna tagħha.

Hi tgħid li għalkemm hi għanda 21 sena, ġieli semgħet lil tal-familja li ma jafux eżatt kemm għandha żmien eżatt. Jekk hi Madeleine allura għand għandha 19-il sena. Hija tgħid li apparti n-nemex li għanda eżatt jaqblu mat-tifla nieqsa, għandha marka fuq għajnejja li wkoll it-tifla McCann kellha waħda bħala eżatt.

It-tfajla tgħid li tixtieq li tagħmel kuntatt mal-ġenituri ta’ Madeleine biex isir DNA.
Fuq il-paġni li fetħet apposta fuq il-midja soċjali sarulha diversi mistoqsijiet fosthom jekk tiftakarx meta u kif inħatfet. Hi tirrispondi billi tgħid li ma tiftakar xejn minn dak l-episodju. Tgħid li kienet għadha żgħira wisq biex tiftakar filwaqt li qalet li ftit li xejn tiftakar affarijiet mit-tfjulija.

Mistoqsija kif il-ġenituri tagħha ħaduha meta ħarġet l-ewwel filmat qalet li rrabjaw ħafna għal dak li għamilitx, iżda xorta waħda sostniet li tinsab determinata li tagħmel DNA mal-familja ta’ Madeleine.

Sport