Il-kantanta popolari Madonna kellha tipposponi t-tour dinji tagħha wara li ddaħħlet fit-Taqsima tal-Kura Intensiva minħabba “infezzjoni serja”.
Madankollu, skont il-maniġer tagħha Guy Oseary, saħħet il-kantanta sejra għall-aħjar iżda xorta waħda se jkollha tibqa’ tingħata l-kura fl-isptar.
Madonna li għandha 64 sena, kienet mistennija li tniedi t-tour tagħha x-xahar id-dieħel. Qed ikun irrapportat li hija qiegħda tingħata l-kura fi sptar fi New York City.
L-aħħar tour ta’ Madonna kellu jibda f’Vancouver, il-Kanada, fil-15 ta’ Lulju u jintemm fit-30 ta’ Jannar fil-Messiku.