Wednesday, December 25, 2024

Madwar 100 tifel u tifla ferrħu lir-residenti ta’ San Vinċenz b’għadd ta’ attivitajiet rikreattivi

Aqra wkoll

Madwar 100 tifel u tifla mlew il bitħa ta’ San Vinċenz de Paul u ferrħu lir-residenti permezz ta’ għadd ta’ attivitajiet rikreattivi u logħob tradizzjonali Malti.

Dan bħala parti minn proġett interġenerazzjonali li ilu għaddej għal dawn l-aħħar xhur.

Matul l-attività l-istudenti żifnu, kantaw u, lagħbu tombla mal-anzjani fost divertiment ieħor.

L-istudenti, mill-iskola St Catherine’s High School , ilhom għal dawn l-aħħar xhur jattendu San Vinċenz de Paul biex jiltaqgħu mar-residenti, isiru jafuhom, jilagħbu magħhom u dan iservi bħala terapija għall-anzjani.

Ir-residenti ta’ San Vinċenz de Paul, mhux biss jirċievu l-kura medika li għandhom bżonn iżda grazzi għal diversi attivitajiet li jiġu organizzati, inkluż dan il-proġett li jgħaqqad il-ġenerazzjonijiet, ikollhom ukoll għadd ta’ attivitajiet rikreattivi u dan biex jiġi assigurat li kemm jista’ jkun jibqgħu attivi.

Ekonomija

Sport