Wednesday, July 24, 2024

Madwar 100,000 familja jirċievu t-tieni pagament tal-COLA addizzjonali

Aqra wkoll

Fi tmiem din il-ġimgħa, madwar 100,000 familja se jirċievu it-tieni minn żewġ pagamenti tal-Benefiċċju Addizzjonali kontra l-Ogħli tal-Ħajja. Il-pagament, li jkopri it-tieni nofs tas-sena 2024, b’kollox ilaħħaq €17.1 miljun. B’hekk b’kollox, matul din is-sena, ser ikunu tħallsu €33 miljun fuq dan il-benefiċċju individwali mifrux fuq żewġ pagamenti li saru f’Diċembru li għadda u issa f’Mejju.

Ħabbru dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon u s-Segretarju Permanenti, Mark Musu, waqt konferenza tal-aħbarijiet. Il-messaġġ ewlieni kien dak li dan il-pagament huwa konferma oħra tal-politika tal-Gvern favur n-nies u l-kwalità tal-ħajja.

Fl-ewwel pagament tas-sena kienu tħallsu 95,884 familja. Din id-darba se jitħallsu 3,500 familja oħraminħabba li l-informazzjoni dwar id-dħul tagħhom issa ġiet stabbilita u allura se jitħallsu l-benefiċċju ta’ sena sħiħa.

B’kollox, mal-197,000 persuna se jibbenefikaw mill-Benefiċċju Addizzjonali kontra l-Għoli tal-Ħajja.

Il-benefiċċju jvarja bejn €100u €1,500fis-sena. Aktar ma d-dħul ikun baxx u aktar ma jkun hemm membri eliġibbli fil-familja, akbar ikun l-ammont tal-benefiċċju. Intant, il-benefiċċju jibqa’ jitħallas kull sena, u jogħla skont kif togħla l-inflazzjoni u skont kemm jogħla d-dħul medjan nazzjonali.

“Din hija l-politika li rridu għan-nies. Din hija d-differenza li sena wara oħra l-poplu baqa’ jgawdi minnha. Dan wara impenn u ħidma minn Gvern li kontinwament jimplimenta politika li tilħaq lin-nies”, sostna il-Ministru Michael Falzon hu u jinnota differenza politika ta’ Gvern b’investiment fin-nies u amministrazzjonijiet preċedenti li saħansitra kienu jintaxxaw il-Paga Minima Nazzjonali u ffriżaw il-pensjonijiet.

Ekonomija

Sport