Saturday, December 21, 2024

Madwar 150 familja jgawdu minn proġett ta’ riġenerazzjoni fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes inawgura proġett ta’ riġenerazzjoni li sar f’23 blokka ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Ħamrun. Dan il-proġett ta’ riġenerazzjoni sar b’investiment ta’ ’l fuq minn miljun ewro u kien jikkonsisti, fost l-oħrajn, fit-tisbiħ tal-faċċati tal-blokok tal-akkomodazzjoni soċjali, fit-tisbiħ tal-partijiet komuni u rinnovar tal-bjut.

Il-Ministru Galdes spjega li x-xogħol ta’ riġenerazzjoni li sar fuq 23 blokka, ibbenefikaw minnu madwar 150 familja. “Il-ħidma li wettaqna mhux biss tat dehra ġdida lil din iż-żona, iżda wkoll tkompli tgħolli l-kwalità tal-ħajja tar-residenti,” sostna il-Ministru.

Il-Ministru Galdes tkellem fuq l-importanza li apparti l-investiment f’units ta’ akkomodazzjoni soċjali u affordabbli ġodda, qed ikompli jsir investiment biex jikkonservaw l-assi preżenti, sabiex jiżguraw li jibqgħu joffru saqaf sikur u b’dinjità lill-benefiċċjarji. “Din il-ħidma ta’ riġenerazzjoni tħares mhux biss lejn il-bżonnijiet preżenti iżda wkoll dawk futuri, kemm tal-benefiċċjarji kif ukoll tas-settur tal-akkomodazzjoni soċjali,” kompla jispjega l-Ministru.

Waqt iż-żjara, il-Ministru seta’ jinnota l-ħidma estensiva li saret fuq dawn il-blokok, li mhux biss tat dehra ġdida lill-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali fil-Ħamrun, iżda wkoll għamlet differenza fil-ħajja ta’ kuljum ta’ aktar minn 150 familja, li qegħdin igawdu b’mod dirett minn dan il-proġett ta’ riġenerazzjoni.

Ekonomija

Sport