Friday, November 15, 2024

Madwar 2,000 turist maqbudin fiċ-Ċina minħabba lockdown

Aqra wkoll

Iktar minn 2,000 turist spiċċaw maqbudin fil-belt Ċiniża ta’ Beihai u dan wara li ġie impost lockdown minħabba żieda fil-każi ta’ Covid-19.

L-uffiċjali ġewwa din il-belt ordnaw biex żoni urbani jiġu taħt lockdown, u jsiru testijiet tal-massa fuq 1.9 miljun resident. Iċ-Ċina qiegħda ssegwi politika ta’ “żero Covid” u għalhekk minkejja li n-numri ma tantx huma kbar meta mqabbla ma’ pajjiżi oħrajn, fiċ-Ċina dan xorta waħda qiegħed iwassal għal lockdown. 

Il-belt ta’ Beihai hija destinazzjoni turistika u popolari ħafna fir-reġjun ta’ Guangxi. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-gvern tal-lokal qal li dawk it-turisti li ma kellhomx kuntatt ma’ persuni infettati jew li żaru zoni fejn kien hemm xi infezzjonjiet jistgħu jitilqu biss jekk jirriżultaw negattiv. 

Dawk li jirriżultaw po­żittiv iridu bilfors jib­qgħu fil-belt fi kwarantina.

Ekonomija

Sport