Fl-aħħar sigħat iddaħħlu pajjiżna grupp ta’ madwar 30 immigrant fl-Isla. Numru ta’ uffiċjali kienu involuti f’din l-operazzjoni ta’ salvataġġ fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija.
Fl-aħħar jiem il-Ministru għall-Intern, is-Sigurta, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri ddikkjara li Malta għandha tkompli taħdem fuq policy ta’ immigrazzjoni ġusta.
Huwa spjega li bejn wieħed u ieħor f’Malta nofs il-persuni li jiġu fostna u jitolbu d-dritt l-ażil, dan jingħatalhom mentri n-nofs l-ieħor ma jkollhomx dan id-dritt għalih. Huwa tkellem ukoll dwar il-proċess biex dawk li ma jkollhomx dritt jiġu ritornati fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom.