Thursday, December 19, 2024

Madwar 30,000 suldat Russu nqatlu f’Bakhmut fl-Ukranja

Aqra wkoll

Fi ftit xhur madwar 30,000 suldat Russu ġew maqtulin fil-belt Ukrena ta’ Bakhmut. Dan tħabbar minn uffiċjali tal-Ukranja fejn qalu li r-Russi minkejja li qed javanzaw xorta waħda kellhom ħafna mwiet.

Minkejja li f’din il-belt ilu għaddej għal aktar minn sitt xhur u bħalissa r-Russi qed javanzaw, xorta waħda ma jistgħux jiddikjaraw rebħa fuq il-forzi Ukreni.
Il-belt, spiċċat fantażma min-nies hekk kif aktar minn 90% tar-residenti ħarbu kollha.

Uffiċjali tal-Istati Uniti qalu li anke jekk ir-Russi jistgħu jiddikjaraw rebħa fuq din il-belt, xorta tkun swiethom ħafna hekk kif tilfu eluf ta’ suldati u anke ħafna armamenti.

Uffiċjal Ukren qal li t-truppi ta’ pajjiżu ħadu l-opportunita biex fil-belt ta’ Bakhmut joqtlu kemm jista’ jkun suldati Russi kif fil-fatt ġara.

Min-naħa tagħhom ir-Russi filwaqt li ma kkonfermawx li kellhom daqshekk imwiet qalu li l-Ukreni sofrew ħafna minnhom fil-battalja għal din il-belt. Huma qalu li ftit jiem oħra se jkunu qegħdin jiddikjaw rebħa u jieħdu l-kontroll ta’ Bakhmut.

Ekonomija

Sport