Friday, December 27, 2024

Madwar 31 Palestinjan isofru ġrieħi fi ġlied ma’ pulizija Lhud

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 31 Pales­tinjan sofrew ġrieħi fi ġlied li kellhom mal-pulizija ta’ Iżrael fil-madwar tal-moskea Al-Aqsa ġewwa Ġerusalemm. Il-pulizija ta’ Iżrael qalu li kienu sfurzati jintervjenu hekk kif allegatament mijiet ta’ persuni bdew jitfgħu ġebel u logħob tan-nar lejhom. 

Apparti hekk, allegatament dawn il-persuni bdew jersqu qrib ħafna tal-Ħajt tal-Punent, fejn f’dak il-ħin kienet għaddejja ċerimonja reliġjuża tal-Lhud. 

Persuni li kienu fuq il-post u li tkellmu mal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qalu li huma raw lill-pulizija jidħlu fil-moskea msemmija iktar kmieni eżattament wara t-talb ta’ filgħodu. 

Hemm sparaw balal tal-gomma u anke tefgħu stun grenades lejn persuni li dehru jitfgħu xi ġebel. Hu mifhum li dak il-ħin kien hemm folla ta’ madwar 200 Palestinjan. L-istess persuni komplew jgħidu li huma raw lill-pulizija jisparaw balal tal-ġomma minn distanza qasira lejn ġurnalisti kienu qed jiddokumentaw dak li kien qed
iseħħ.

Iż-żieda fil-vjolenza f’din il-parti ta’ Ġerusalemm – li għal-Lhud hija magħrufa bħala l-Għolja tat-Tempju u għall-Misilmin bħala s-San­twarju Nobbli – żdiedet konsiderevolment f’dawn l-aħħar jiem u dan qiegħed ikompli jnissel tħassib li l-vjolenza ġewwa din il-belt se teskala sew. 

Ekonomija

Sport