F’operazzjoni li saret matul il-jum tal-Ħamis li kienet imexxija mill-Pulizija, mis-Servizzi ta’ Detenzzjoni u mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni f’Għawdex instabu madwar 40 persuna li kienu qegħdin jgħixu illegalment.
Il-persuni misjubin jgħixu illegament f’Għawdex huma min-Niġerja, Liberia, l-Albanija, is-Somalja, min-Nepal, mill-Ghana, mill-Indja, mis-Sirja, mill-Etijopja u mill-Kenja.
Huma nstabu jgħixu fir-Rabat, f’Marsalforn u x-Xlendi. Il-persuni nġabru mill-pulizija fejn ġew arrestati fejn issa jibda l-proċess biex l-istess persuni jintbgħatu lura lejn pajjiżhom.

