Monday, March 17, 2025

Madwar 42,000 immigrant irregolari jistennew l-appell fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Madwar 42,000 immigrant li daħlu fir-Renju Unit b’mod illegali qegħdin jistennew l-appell tagħhom jinstema wara li l-Uffiċju tal-Intern ċaħad it-talba tagħhom li jibqgħu jgħixu fil-pajjiż u jingħata status ta’ immigranti.

Il-Kunsill tar-Refuġjati qal li fl-aħħar sentejn kien hemm żieda qawwija fit-talbiet tal-immigranti li jiġu rrifjutati. Skont l-istess Kunsill, madwar 40,000 immigranti madwar ir-Renju Unit kollu qegħdin jgħix f’lukandi sakemm ikollhom l-appell tagħhom deċiż.

Kelliem għall-Gvern Ingliż qal li pajjiżu jinsab determinat li l-immigranti ma jibqgħux jgħixu fil-lukanda minħabba l-ispiża kbira li qiegħed ikun hemm fuq il-pajjiż.

Ħafna mill-immigranti qegħdin jaraw it-talbiet tagħhom jiġu rrifjutati minħabba tibdil fil-liġi li kien daħħal l-aħħar gvern konservattiv li għamilha ferm diffiċli biex wieħed ikollu status ta’ refuġjat fir-Renju Unit.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport