Friday, December 27, 2024

Madwar 560 vettura mwaqqfa waqt spezzjonijiet f’lejlet il-Milied

Aqra wkoll

Matul il-lejl li għadda, il-Pulizija flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta, wettqu kontrolli tat-traffiku f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

Waqt dawn il-kontrolli, twaqqfu madwar 560 vettura, fejn saru spezzjonijiet dwar regolamenti tat-traffiku li jinkludu sewqan mingħajr liċenzja valida, sewqan mingħajr polza talassigurazzjoni, sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà, sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol u vetturi bit-tinted glass, fost diversi ksur ta’ regolamenti oħra.

Il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku għall-kooperazzjoni tiegħu u talli segwa ir-regolamenti.

Ekonomija

Sport