Għaxaq Wolves rebħu l-ewwel sfida diretta tagħhom fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni wara li għelbu lil Valletta Stars 2-1.
Dan kellu jkun test importanti għall-Għaxqin kontra tim li kien jinsab f’forma kbira fl-ewwel żewġ partiti.
Kienu Valletta li marru minn fuq wara 32 minuta logħob permezz ta’ Abba Auwal sabiex l-ewwel taqsima għalqet 1-0 favurihom.
Fit-tieni taqsima, il-Wolves irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs fil-45 minuta permezz ta’ Leandro da Silva Almeida sabiex disa’ minuti wara ssiġġillaw ir-rebħa minn penalty ta’ Ian Zammit.
Referee kien Lorry Sammut.
Senglea Gunners waqqgħu l-ewwel punti tagħhom tal-istaġun meta setgħu jiġu biss fi draw ta’ 1-1 kontra Balluta Barracudas.
It-tim mill-Isla skorja l-gowl drammatiku fil-ħin mogħti żejjed mir-referee hekk kif xejn ma sabuha faċli kontra l-Cudas li pproduċew l-aqwa wirja tagħhom tal-istaġun.
Kien Sebastian Agius li poġġa lil Balluta Barracudas minn fuq sabiex fil-ħin mogħti żejjed mir-referee, kien Lamin Fatajo li ġab id-draw għall-Gunners.
Referee kien Peter Abela.
Fit-tieni diviżjoni, Swieqi United AFC komplew għaddejjin bil-kampjonat perfett tagħhom hekk kif kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva wara riżultat ta’ 3-0 kontra Naxxar Victorians.
Manthrammal Suhail kien għal darb’oħra l-eroj ta’ Swieqi b’doppjetta personali filwaqt li Julius Ipeanyi Offorzor żied ieħor għat-tim tiegħu.
Referee kien Alper Can.
Gudja Wanderers kisbu t-tielet rebħa staġjonali wara li għelbu lil Ta’ Ġiorni Wanderers 2-1.
Fid-dwell bejn il-Wanderers kienu l-Gudjani li rnexxielhom idawru telfa f’rebħa wara li kienu minn taħt b’gowl ta’ Leonardo Radicchi.
Fit-tieni taqsima, Gudja Wanderers skorjaw żewġ gowls li tawhom it-tliet punti finali permezz ta’ Marco Antonio Bravo Ortiz u Brandon Nieto Sanchez.
Referee kien Jonathan Balzan.
Ħamrun Sporting u St Paul’s Bay NMFC spiċċaw fi draw ta’ 1-1 f’logħba divertenti iżda bilanċjata.
Kien Josef Zammit li wara seba’ minuti logħob fetaħ l-iskor għal Ħamrun sabiex fit-tieni taqsima t-tim minn San Pawl il-Baħar skorjaw il-gowl tad-draw minn Hari Bahadur Ale Magar.
Referee kien Onur Arslan.
KLASSIFIKA L-EWWEL DIVIŻJONI
- Għaxaq Wolves – 6
- Senglea Gunners – 6
- Valletta Stars – 4
- Marsa St Michael – 4
- Valletta St Paul’s – 3
- San Ġwann Pro Ev – 0
- San Ġiljan Saints – 0
- Balluta Barracudas – 0
KLASSIFIKA IT-TIENI DIVIŻJONI
- Swieqi United AFC – 9
- Attard Edex Kings – 9
- Gudja Wanderers – 6
- Ta’ Ġiorni W – 1
- Mqabba Albions – 1
- Birżebbuġa SP AFC – 1
- Naxxar Victorians – 0
- St Paul’s Bay NMFC – 0

