Monday, December 15, 2025

MAFA: Għaxaq Wolves u Senglea Gunners fil-finali tat-tazza tas-70 Anniversarju tal-MAFA

Aqra wkoll

Għaxaq Wolves u Senglea Gunners huma l-finalisti tat-tazza tas-70 Anniversarju tal-MAFA hekk kif rebħu lill-avversarji rispettivi tagħhom.

Għaxaq Wolves xejn ma sabuha faċli sabiex għelbu l-isfida iebsa li tawhom Marsa St Michael u kien biss wara l-għoti tal-penalties li għamlu dan.

L-iskor sa tmiem is-70 minuta logħob u l-ħin barrani kien dak ta’ 3-3 bil-partita li rriżultat f’waħda ferm bilanċjata.

Kienu Marsa St Michael’s li marru minn fuq fit-13-il minuta permezz ta’ Lamin Saho sabiex tliet minuti wara Għaxaq ġabu d-draw minn awtogowl ta’ Shajahan Areeckal.

Il-logħba baqgħet tkun movimentata u Diego Fernando Pereira għamilhom 2-1 għal Għaxaq b’Joao Marcello li reġa’ ġab id-draw għall-Marsin għal 2-2 u hekk spiċċat l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima, Leandro da Silva Almeida għamilhom 3-2 għal Għaxaq Wolves filwaqt li Joao Marcello ġab il-parita għal Marsa.

Minkejja li ntlagħab il-ħin barrani, l-ebda tim ma rnexxielu jiskorja sabiex fl-għoti tal-penalties kienu Għaxaq Wolves li rebħu 8-7.
Referee kien Alper Can.

Is-semifinali l-oħra kienet kompletament iddominata minn Senglea Gunners li għelbu lil Balluta Barracudas 8-0.

Sa tmiem l-ewwel taqsima, il-Gunners kienu diġa’ 2-0 minn fuq sabiex fit-tieni taqsima skorjaw sitt gowls oħra.

Protagonista prinċipali tal-logħba kien Christopher Philip Balotelli li skorja xejn inqas minn ħames gowls filwaqt li Ogar Augustine, Ousman Jallow u Joshua Gaku komplew żiedu l-iskor għat-tim mill-Kottonera.

Referee kien Onur Arslan.

Il-finali bejn Għaxaq Wolves u Senglea Gunners se tintlagħab nhar is-Sibt li ġej fis-2.30pm fil-grawnd ta’ Marsaxlokk.

Għaxaq Wolves u Senglea Gunners fil-finali tat-tazza tas-70 Anniversarju tal-MAFA

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport