Marsa St Michael taw l-ewwel telfa liċ-champions tal-Ewwel Diviżjoni Għaxaq Wolves hekk kif rebħulhom 2-1 f’logħba ferm missielta.
B’hekk bħalissa hemm tliet timijiet fl-ewwel post tal-klassifika fejn apparti Senglea Gunners hemm ukoll l-istess Marsin u Għaxqin bi 13-il post.
Marsa St Michael stabilixxew vantaġġ ta’ żewġ gowls sa tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Nehemiah Perry fir-4 minuta u Uribe Rico Jeancor Stiven fis-17-il minuta.
Fit-tieni taqsima, Għaxaq ħarġu ferm motivati fit-tentattiv li jġibu r-riżultat għalkemm skorjaw darba biss permezz ta’ Sebastian Nayar fit-52 minuta.
Referee kien Gjorgji Bitri.
Valletta Stars St Dominic rebħu d-derby kontra Valletta St Paul’s 2-1 sabiex filwaqt li qabżuhom fil-klassifika, tawhom it-tieni telfa konsekuttiva.
Valletta St Paul’s bdew tajjeb u fil-11-il minuta marru minn fuq permezz ta’ Andre Farrugia. Minkejja kollox, l-Istilel Beltin dawru l-iskor favurihom wara gowls ta’ Kylian Steve Lucas Deshayes fil-25 minuta u Abba Auwal fil-35 minuta.
Referee kien Roderick Micallef,
Derby ieħor kien dak bejn San Ġiljan Saints li għelbu lil Balluta Barracudas 4-0.
Kif jindika l-iskor, il-Ġiljaniżi ddominaw il-partita u wara li fetħu l-iskor wara biss ħames minuti permezz ta’ Claude Jansen, skorjaw tliet gowls oħra fit-tieni taqsima minn Oliver Hylander (39 min), Robert Veskimae minn penalty (49 minuta) u Ray Forbes (66 min).
Referee kien Paul Apap.
Fl-unika partita mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Attard Edex Kings huma ċ-champions tax-xitwa wara rebħa kbira ta’ 5-0.
Kien Lucas Almeida Carvalhom li skorja doppjetta fid-29 u t-38 minuta sabiex Fayis Valiyaparambath fil-31 minuta, Ikenna Okoro fis-47 minuta u Sudhakaran Paraparambil fid-69 minuta għaqqdu l-ħamsa għat-tim minn Attard.
Referee kien Sillah Alhasana.


