Monday, September 22, 2025

MAFA: Marsa St Michael jirbħu l-Joe Compagno Cup

Aqra wkoll

Marsa St Michael rebħu l-Joe Compagno Cup meta ddominaw għal kollox il-konfront kontra Għaxaq Wolves tant li rebħu 7-2.

Kienet partita bejn iċ-champions tal-Ewwel Diviżjoni kontra r-rebbieħa tal-kompetizzjoni knock-out. Dawn tal-aħħar kienu diġa’ stabilixxew vantaġġ ta’ 3-0 sal-ewwel kwarta u baqgħu jiddettaw il-logħba tul is-70 minuta.

Min-naħa tagħhom, iċ-champions Għaxaq iddiżappuntaw fejn wettqu ħafna żbalji fid-difiża.

Protagonisti għall-Marsin kienu Yuya Emura u Joao Coutinho li skorjaw tliet gowls kull wieħed. Yuto Kato kien fetaħ l-iskor għat-tim tiegħu.

Għal Għaxaq l-attakkant Brażiljan Hugo Vinicius skorja żewġ gowls wieħed minnhom minn penalty.

Fi tmiem il-konfront, is-segretarju ġenerali tal-MFA Dr Maria Azzopardi ippreżentat it-tazza lill-captain ta’ Marsa St Michael Nikola Neskovic.

Referee kien Lorry Sammut.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport