Marsa St Michael kisbu rebħa importanti fi tmiem l-ewwel round tal-kampjonat tal-MAFA wara li għelbu lil Senglea Gunners 2-0 fil-logħba diretta tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika.
Wara bidu kwiet, il-logħba ħadet żvolta oħra eżatt kif skorjaw Marsa St Michael fl-24 minuta meta kien Jean Col Stiven Uribe li għeleb lill-goalkeeper ta’ Senglea.
Fit-tieni taqsima, it-tim mill-Isla ħarġu bl-għan li jġibu l-iskor indaqs iżda l-ideat ta’ Marsa kienu mod ieħor hekk kif Sabri El Mansar irdoppja l-iskor fil-41 minuta.
Referee kien Gjorgji Bitri.
Iċ-champions Għaxaq Wolves kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra San Ġiljan Saints sabiex qed jaqsmu l-ewwel post ma’ Marsa St Michael’s.
Il-gowl li ddeċieda l-partita ġie skorjat fil-25 minuta permezz ta’ Marinko Solarevic.
Referee kien Ray Tabone.
San Ġwann Pro Evolution Academy għelbu lil Balluta Barracudas 1-0 fil-partita diretta tan-naħa t’isfel tal-klassifika.
Hissam Oubarrahou skorja dak li kellu jkun il-gowl rebbieħ fit-58 minuta.
B’din ir-rebħa, San Ġwann issa fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti fuq l-istess Balluta li jinsabu fl-aħħar post.
Referee kien Alex Grech.
MAFA FIRST DIVISION – STANDINGS
Marsa St Michael 16, Għaxaq Wolves 16, Senglea Gunners 13, Valletta Stars 10, San Ġiljan Saints 9, Valletta St Paul’s 8, San Ġwann Pro Ev 6, Balluta Barracudas 2

