Senglea Gunners irritornaw għar-rebħ bi stil fil-kampjonat Mochika MAFA L-Ewwel Diviżjoni wara li ħasdu lil Valletta St Pauls bl-iskor ta’ 1-0 sabiex b’hekk tawhom ukoll l-ewwel telfa tal-istaġun.
Din kienet rebħa importanti għat-tim mill-Kottonera sabiex b’hekk pattew għat-telfa li sofrew ħmistax-il ġurnata ilu kontra Mqabba Albions.
Min-naħa tagħhom, Valletta ippruvaw jidħlu fil-logħba iżda d-difiża Sengleana ma kinitx f’burdata li twettaq l-ebda favur.
Il-gowl li ddeċieda l-logħba ġie skorjat wara 11-il minuta logħob permezz ta’ Seedy Fofana.
Referee kien Jason Penza.
Anke Mqabba Albions sofrew l-ewwel telfa tal-istaġun meta tilfu kontra San Ġwann Pro Evolution Academy bl-iskor ta’ 3-1.
Kienet logħba fejn Mqabba marru minn fuq wara biss 11-il minuta minn penalty ta’ Jefferson Pinheiro.
San Ġwann ġabu l-iskor indaqs tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Elson Zogejani li għeleb lil Daniel Buttigieg bejn il-lasti Mqabbin.
Fit-tieni taqsima, l-istudenti Franċiżi baqgħu konsistenti u skorjaw darbtejn oħra permezz ta’ Zogejani li għaqqad doppjetta personali u Diogo Matteo.
B’hekk San Ġwann issa laħqu lil Mqabba b’sitt punti fil-klassifika.
Referee kien Jean Pierre Mifsud.
Marsa St Michael komplew bis-serje pożittiva ta’ riżultati wara li għelbu lil Żebbuġ Youngsters bl-iskor ta’ 2-1.
B’hekk il-Marsin kisbu seba’ punti minn tliet partiti u jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika.
Min-naħa ta’ Żebbuġ Youngsters, din kienet it-tielet telfa minn daqstant logħbiet.
Kien Samuel Dickson li poġġa lil Marsa St Michael fil-vantaġġ wara kwarta logħob sabiex Lee Agius irdoppja l-iskor.
Eżatt fil-ħin mogħti żejjed mir-referi, Żebbuġ Youngsters naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Daniel Janev.
Referee: Giorgi Bitri.
Wara żewġ telfiet konsekuttivi, sa fl-aħħar iċ-champions San Ġiljan Saints kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun wara li għelbu lil Tal-Qroqq Versity Kamelasa 1-0.
Il-gowl li ddeċieda l-konfront ġie skorjat wara żewġ minuti logħob permezz ta’ Marcus Crowther.
Referee kien Jonathan Balzan.
Mill-kampjonat tat-tielet diviżjoni tal-MAFA spikkaw ir-rebħiet ta’ Għaxaq Wolves u Gżira United Sports Club li ngħaqdu ma’ Attard Edex Kings fl-ewwel post tal-klassifika.
Il-Maroons għelbu lil Fgura Spartans 4-0 f’logħba li huma ddominaw. Stefan Farrugia kien prominenti għat-tim tiegħu hekk kif skorja doppjetta filwaqt li Neil Borg u Irvine Mifsud żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Referee kien Gordon Barbara.
Anke Għaxaq Wolves kellhom partita pożittiva din id-darba kontra Ħamrun Amateurs wara li rebħu 3-0.
Waylon Spiteri poġġa lill-Għaxqin minn fuq fl-14-il minuta sabiex Shaun Peplow irdoppja l-iskor erba’ minuti wara.
Uchechi Chedozie żied it-tielet gowls għat-tim tiegħu sabiex eventwalment kisbu wkoll l-ewwel tliet punti tal-istaġun.
Referee kien CJ Saliba
KLASSIFIKA – MOCHIKA L-EWWEL DIVIŻJONI
Marsa St Michael 7, Valletta St Pauls, Mqabba Albions, Senglea Gunners, San Ġwann Pro Evolution Academy 6, San Ġiljan Saints 3, Tal-Qroqq Versity Kamelasa 1, Żebbuġ Youngsters 0
KLASSIFIKA – MAFA IT-TIELET DIVIŻJONI
Għaxaq Wolves, Gżira United SC, Attard Edex Kings 5, Buġibba Club de Swat, Fgura Spartans 4, Gżira U, Għaxaq Wolves 2, Ħamrun Amateurs 0