Il-Malta Amateur Football Association (MAFA) żammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha biex tagħlaq l-istaġun 2024/25 u tħabbar bidliet importanti fil-futur mhux ‘il bogħod filwaqt li tħejji ruħha għas-70 anniversarju mit-twaqqif tagħha.
Fost ir-riformi strutturali hemm proposta biex it-tieni u t-tielet diviżjoni jingħaqdu f’kompetizzjoni waħda sabiex ikun hemm aktar logħbiet interessanti.
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tas-70 anniversarju, MAFA qed tippjana kompetizzjoni knock-out speċjali..
L-istaġun il-ġdid mistenni jibda s-Sibt, 13 ta’ Settembru bil-Joe Compagno Cup bejn Għaxaq Wolves u Marsa St. Michael, kif ukoll it-Twanny Agius Good Conduct Cup li se jinkludi lil Ta’ Giorni Wanderers, Senglea Gunners u Naxxar Victorians. Il-“125th Anniversary Cup” tal-MFA mistenni jibda fl-aħħar ta’ Awwissu u tim mill-MAFA se jkun qed jieħu sehem.
MAFA taħseb għall-format ġdid tal-kampjonat
