Monday, March 9, 2026

MAFA: Valletta St Paul’s jaħsdu lil Marsa St Michael’s

Aqra wkoll

Valletta St Paul’s ħasdu lil Marsa St Michael’s u rebħulhom 2-1 f’logħba mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA.

Il-Beltin issa telgħu bi 11-il punt fil-klassifika u qed jimmiraw li jibdew xi tip ta’ konsistenza wara riżultati mhux daqstant pożittivi fl-ewwel round.

Kienu s-St Paul’s li marru minn fuq fit-12-il minuta permezz ta’ Guillherme De Lima Mendes sabiex fit-30 minuta, Ayoub Assim ġab l-iskor indaqs għal Marsa.

L-aħħar kelma kienet ta’ Valletta St Paul’s li skorjaw il-gowl tar-rebħa fis-47 minuta permezz ta’ Juan Esteban Zarate Ortega.

Din it-telfa kienet daqqa ta’ ħarta għal Marsa li qed jimmiraw li jibqgħu jżommu l-pass ma’ Għaxaq Wolves li issa jinsabu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika.

Referee kien Jean Pierre Mifsud.

Senglea Gunners m’approfittawx minn dan ir-riżultat sabiex jersqu aktar viċin il-quċċata hekk kif sfaw miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn San Ġiljan Saints.

Kienu s-Sengleani li marru minn fuq permezz ta’ Ousman Jallow fit-8 minuta minn penalty, sabiex Sam Whelan skorja l-gowl tad-draw għas-Saints fil-61 minuta.

Referee kien Milos Krstic.

Valletta Stars u Balluta Barracudas temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 2-2.

Matthew Mallia poġġa lil Cudas minn fuq wara biss tliet minuti sabiex Marena Damang ġab l-iskor indaqs għal Valletta Stars. Dawn tal-aħħar skorjaw il-gowl tat-2-1 minn Benjamin Chinagoro Onyeawulotu qabel ma’ Matthew Mallia għamilhom 2-2 u skorja doppjetta personali.

Referee kien Jean Pierre Sammut.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Birżebbuġa St Peter’s AFC bdew it-tieni round bil-kbir hekk kif għelbu lil Naxxar Victorians 7-1.

Oussama Boutayeb u Ronnie Celeste skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Ignacio Lopez Gastou , Karim Salman u Andres Yumis Mena Palacios żiedu aktar gowls għat-tim min-naħa t’isfel ta’ Malta.

Naxxar naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Mahmoud Abdelhamid.

Referee kien Thomas Debono.

Anke Ħamrun Sporting kellhom bidu perfett tat-tieni round wara rebħa ta’ 5-0 fuq Mqabba Albions.

Junior Ohalewe kien ta’ ispirazzjoni għall-Ħamruniżi meta skorja tliet gowls filwaqt li Tijane Sowe u Akeem Alaba Olanshile wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Referee kien Miguel Francica.

KLASSIFIKA L-EWWEL DIVIŻJONI

Għaxaq Wolves – 19, Marsa St Michael – 16, Senglea Gunners – 14, Valletta Stars – 11, Valletta St Paul’s – 11, San Ġiljan Saints – 10, San Ġwann Pro Ev – 6, Balluta Barracudas – 3.

KLASSIFIKA IT-TIENI DIVIŻJONI

Birżebbuġa SP AFC – 3, Ħamrun Sporting – 3, Attard Edex Kings – 1, Gudja Wanderers – 1, Swieqi United AFC – 1, Ta’ Ġiorni W – 1, Mqabba Albions – 0, Naxxar Victorians – 0.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport