Monday, September 23, 2024

MAFA: Il-promossi Għaxaq Wolves jibdew b’rebħa fuq Balluta Barracudas

Aqra wkoll

It-tim promoss ta’ Għaxaq Wolves bdew l-impenji tagħhom fl-ogħla diviżjoni tal-MAFA bl-aqwa mod possibbli meta għelbu lil Balluta Barracudas 2-1.

Kienet logħba fejn l-Għaxqin kellhom ħafna mill-ballun bil-Cudas li bdew joperaw bil-kontrattakki.

Għaxaq marru minn fuq meta kien Andre Mallia li rċieva tajjeb mingħand Diego Fernando Pereira sabiex minn quddiem il-goalkeeper ma żbaljax.

Fit-tieni taqsima l-Wolves irduppjaw l-iskor permezz ta’ Sebastian Nayar wara kontrattakk veloċi.

Balluta naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Andrew Tortell.

Referee kien Gordon Barbara.

San Ġwann Pro Evolution Academy u San Ġiljan Saints ikkanċellaw lil xulxin fi draw ta’ mingħajr gowls.

Iż-żewġ naħat ippruvaw jattakkaw fit-tentattiv li jiskorjaw iżda d-difiżi żammew ‘il bogħod lill-attakkanti rispettivi. B’hekk iż-żewġ naħat ħadu punt kull wieħed.

Referee kien Lorry Sammut.

Mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Gudja Wanderers taw wirja mill-aqwa fil-partita tagħhom kontra Ħal Far Titans tant li rebħu 3-1.

Il-Gudjani għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari sa mill-bidu u marru minn fuq wara biss minuta permezz ta’ Andrew Cachia. Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima huma skorjaw it-tieni gowl meta kien Sean Lanzon li għeleb lill-goalkeeper avversarju.

Fit-tieni taqsima, il-pjan tal-logħba qajla nbidel bil-Wanderers jagħmluhom tlieta meta kien hemm ħarba ta’ Joshua Cutajar li hekk kif daħal fil-kaxxa xeħet il-ballun fil-baxx għar-rokna tax-xibka.

Ħal Far naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Dean Paul Seisun wara li freekick ta’ Cassar ħabat mal-lasta bil-ballun jasal għand tal-ewwel li xeħet ġewwa.

Referee kien Milos Krstic.

Ħamrun Amateurs u Żebbuġ Youngsters spiċċaw l-ewwel konfront staġjonali tagħhom fi draw ta’ 1-1.

Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls, Ħamrun marru minn fuq fis-47 minuta permezz ta’ Jurgen Buhagiar sabiex iż-Żebbuġin ġabu l-iskor indaqs erba’ minuti minn tmiem il-konfront, grazzi għall-gowl ta’ Audu Clement Oshoke.

Referee: Alper Can.

Fit-tielet diviżjoni, Swieqi United AFC għelbu lil Qajjenza AFC 6-4 f’partita ferm spettakolari.

Għal Swieqi spikka David Taiwo Akindelle li skorja tripletta filwaqt li Joao Calillo, Adigun Azeez u Muh Afzal Pullikkoth żiedu aktar gowls għar-rebbieħa.

Qajjenza kellhom lil Precious Tenebe jiskorja tripletta filwaqt li Kevin David Leon Rodriguez skorja gowl ieħor għat-tim tiegħu.
Referee kien Alex Grech.

Il-promossi Għaxaq Wolves jibdew b’rebħa fuq Balluta Barracudas

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport