Thursday, December 18, 2025

Magħrufa l-finalisti tal-kompetizzjoni tal-Milied tal-Blackball

Aqra wkoll

Saru magħrufa l-finalisti tal-kompetizzjonijiet tal-Milied organizzati mill-Malta Blackball Federation hekk kif intlagħbu s-semifinali rispettivi.

Fin-National Christmas Trophy, kienu Ħamrun 147 A u Qormi Pinto A li kkwalifikaw għall-finali.

Il-Ħamruniżi għelbu lil Cospicua Rangers A 21-18 filwaqt li l-Qriema rebħu 20-8 kontra Mrieħel Billiard House A.

Fir-Regional Christmas Trophy, San Ġwann Tiki Taka Spartans rebħu d-derby kontra San Ġwann Tiki Taka Boys 21-18 filwaqt li Ħamrun 147 B għelbu lil Valletta Fossa Boys 21-15.

B’hekk se jkunu San Ġwann Tiki Taka Spartans u Ħamrun 147 B li se jikkontestaw din il-finali.

Finalment fil-Community Christmas Trophy, San Ġwann Tiki Taka Buddies u Birkirkara Boċċi waslu sal-iktar logħba importanti tal-kompetizzjoni.

San Ġwann Tiki Taka Buddies għelbu lil Cospicua Rangers B 20-14 filwaqt li Birkirkara Boċċi rebħu 21-13 kontra Ħamrun 1889 Bar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport