Sunday, August 31, 2025

Magħrufa l-iskeda ta’ logħbiet tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Conference League 2025/26

Aqra wkoll

Il-UEFA ħarġet l-iskeda ta’ logħbiet għall-istadju tal-kampjonat tal-UEFA Conference League 2025/26.

Għall-ewwel darba, il-kampjonat jinkludi tim Malti – Hamrun Spartans FC.

Hamrun Spartans se jilagħbu l-ewwel partita tagħhom barra minn darhom kontra Jagiellonia Białystok tal-Polonja fit-2 ta’ Ottubru, fis-6.45pm. L-Ispartans jilqgħu lil FC Lausanne-Sport tal-Iżvizzera fit-23 ta’ Ottubru, fid-9.00 pm, filwaqt li fis-6 ta’ Novembru, Hamrun jilagħbu kontra Samsunspor tat-Turkija barra minn darhom, fis-6.45pm.

Partita importanti għal Hamrun se tkun il-partita f’pajjiżna kontra Lincoln Red Imps ta’ Ġibiltà fis-27 ta’ Novembru, fis-6.45pm, li se tkun segwita minn partita oħra f’pajjiżna kontra Shakhtar Donetsk fil-11 ta’ Diċembru, fid-9.00 pm. Ġimgħa wara, Hamrun jilagħbu l-aħħar partita tagħhom – partita barra minn darhom kontra Shamrock Rovers tal-Irlanda – fit-18 ta’ Diċembru fid-9.00 pm.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport