Friday, October 24, 2025

Magħrufa l-plejers Maltin li se jipparteċipaw fil-Kampjonat Ewropew tal-Blackball 2025

Aqra wkoll

Il-Malta Blackball Federation ħabbret l-ismijiet tal-plejers li se jiffurmaw it-timijiet nazzjonali Maltin fid-diversi kategoriji li se jieħdu sehem fihom fil-Kampjonat Ewropew tal-Blackball li se jsir fil-belt Irlandiża ta’ Ennis. B’kollox se jkun hemm seba’ timijiet nazzjonali li se jippruvaw jagħmlu minn kollox sabiex javvanzaw sal-aħħar fażijiet ta’ din il-kompetizzjoni.

It-tim tal-irġiel A għandu lil Clevion Micallef bħala kowċ bil-plejers li huma Mevrick Zammit, Miguel Amato, Johan Attard, Clint Azzopardi, Clayton Attard, Leon Azzopardi u Clayton Castaldi.

It-tim tal-irġiel B se jkollu lil Shaun Attard, Glenn Axiaq, Wayne Pace, Gabruiel Vella, Luke Said u Gilmoure Scicluna bil-kowċ li hu Philip Gatt.

It-tim Seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena se jkollu lil Lee Grima, Stephen Mangion, Raymond Caruana, Chris Tabone, Joseph Tabone u Antoine Schembri. Il-kowċ Darren Micallef se jkun qed jieħu ħsieb lil dan it-tim.

It-tim Seniors B ta’ ‘l fuq minn 40 sena hu ffurmat minn Kevin Schembri, Jason Mangion, Jesmond Schembri, Bernard Borg, Sandro Bartolo u Antoine Aquilina bil-kowċ li se jkun Christopher Busuttil.

It-tim Grandmasters 60+ se jkun magħmul minn John Lombardo, Marcel Micallef, Mario Spiteri u Manuel Saliba, b’Teemor Mifsud li se jkun il-kowċ tagħhom.

Mill-banda l-oħra, Steven Muscat, Chaylon Castaldi, Matthias Debono, Liam Mifsud, Neil Caruana u Nordai Desira jiffurmaw it-tim ta’ taħt it-23 sena u se jkunu mmexxija minn Kyle Zammit.

Finalment it-tim ta’ taħt il-15-il sena hu ffurmat minn Jake Castaldi, Denzel Falzon, Dielyn Edwards u Nick Muscat bil-kowċ Robert Attard li se jmexxihom.

Il-Kampjonat Ewropew fl-Irlanda se jsir bejn it-8 u s-16 ta’ Novembru li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport