Is-Sibt filgħaxija waqt xandira diretta fuq TVM Sport+ u l-paġna ta’ Facebook tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, tħabbru r-rebbieħa tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. It-63 edizzjoni rat lura l-finalisti u l-mistednin tagħhom flimkien ma’ mistednin distinti, bħala udjenza waqt is-serata finali. Din l-attività bdiet bir-Red Carpet ippreżentat mis-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Lorraine Cunningham u l-atleta minn Special Olympics Gilmour Borg.
Saru diskorsi qosra tal-okkażjoni mill-Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni l-Onor Clifton Grima, il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar u l-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef. Preżenti wkoll l-eks atletea Maltija Tanya Blake, il-President tal-Għaqda tal-Ġurnalisti Sportivi tal-Ungerija u l-Viċi President tal-AIPS Europe Gyorgy Szollosi, is-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda tal-Ġurnalisti Sportivi taċ-Ċipru Mikaelo Papadakis, il-President tal-AIPS Europe Charles Camenzuli, il-President tal-USSI (Unione Stampa Sportiva Italiana) Gianfranco Coppola.
Għal sena oħra din is-serata kienet organizzata b’mod konġunt mill-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ SportMalta bl-appoġġ sħiħ tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni.
Waqt din is-serata finali li kienet ippreżentata minn Mario Bonnici u Laurie Pace ġew mqassma 11-il unur; b’sebgħa fuq votazzjoni tal-ġurija, wieħed fuq vot popolari tal-pubbliku, wieħed għażla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u tnejn fuq suġġeriment ta’ Special Olympics.
L-unuri kollha mqassma kienu dawn:
Sportiv tas-Sena – DEJAN GRECH (Eightball Pool)
Sportiva tas-Sena – KATRYNA ESPOSITO (Judo)
Żagħżugħ tas-Sena – CHAYLON CASTALDI (Blackball)
Żagħżugħa tas-Sena – TENISHIA THORNTON (Weightlifting)
Tim tas-Sena – HAMRUN SPARTANS (Football)
Kowċ tas-Sena – JESMOND CARUANA (Weightlifting)
Uffiċjal tas-Sena – TERRY CAMILLERI (Snooker)
L-Aħjar Attività Internazzjonali tas-Sena – Special Olympics Invitaitonal Games
People’s Choice Award – TENISHIA THORNTON (Weightlifting)
Special Olympics Atleta Maskili – GILMOUR BORG (Atletika)
Special Olympics Atleta Femminili – MIREILLE GILES (Għawm)