Saru magħrufa s-semifinalisti tal-Premier League of Darts wara ġurnata oħra ta’ logħob fiċ-Ċentru tal-Laċċi fiż-Żejtun.
Fil-fatt Enrico Scerri, Albert Scerri, Tony Borg u Norbert Attard qatgħu passaġġ għal mal-aħħar erbgħa wara li kisbu l-ewwel postijiet fil-klassifika ġenerali tal-kategorija tal-irġiel.
Min-naħa l-oħra, Althea Ciantar, Pauline Tonna, Marconia Zammit u Liliana Abela wkoll kisbu post għall-fażi li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni din id-darba fil-kategorija femminili.
Fl-istess waqt, dawn it-tmien plejers se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fit-tazza tad-dinja WDF li se ssir fil-belt Daniża ta’ Ejsberg f’Settembru li ġej.
Sadanittant fil-jiem li ġejjin jintlagħbu l-aħħar logħbiet kruċjali sabiex jiġu dikjarati r-rebbieħa finali f’kull kategorija.