Saturday, November 1, 2025

Magħrufa s-semifinalisti tad-David Cluett Memorial Cup

Aqra wkoll

Saru magħrufa s-semifinalisti tad-David Cluett Memorial Cup hekk kif Floriana, MFPA, Luxol u Birkirkara St Helen’s għaddew għal mal-aħħar erbgħa ta’ din l-ewwel kompetizzjoni tal-istaġun tal-Veterans Malta Football Association.

Floriana temmew din il-fażi fl-ewwel post minkejja d-draw ta’ 4-4 kontra Birkirkara St Helen’s. Ma kinitx logħba faċli għall-Greens hekk kif Birkirkara kienu motivati li jieħdu xi ħaġa minn din il-partita.

Manolito Micallef u Bojan Kaljevic skorjaw doppjetta kull wieħed għal Floriana sabiex Birkirkara kellhom lil Jean Pierre Mifsud Triganza awtur ta’ doppjetta b’Mark Gauci u Firas Aboulezz li għaqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Referee kien Jonathan Balzan.

Fit-tieni post spiċċaw MFPA li setgħu jiġu biss fi draw ta’ 1-1 kontra Luxol St Andrews.

George Frendo skorja l-gowl tal-Malta Football Players Association filwaqt li Nenad Stankic sab ix-xibka għal Luxol.

Referee kien Jonathan Balzan.

Gżira United irritornaw għar-rebħ wara skor ta’ 9-5 kontra Rabat Veterans.

Ian Zammit kien il-protagonista prinċipali għal Maroons meta skorja ħames gowls b’Romeu Romao li kein awtur ta’ doppjetta personali.

Rabat Veterans naqqsu l-marġni tal-iskor wara doppjetta ta’ Andy Mangion u gowls oħrajn ta’ Dylan Falzon, Adam Smeir u Leandros Calleja.

Referee kien Paul Apap.

Żurrieq Wolves kisbu l-ewwel rebħa staġjonali wara li għelbu lil Hibernians 5-3.

Kevin Vella skorja tripletta għaż-Żrieraq b’Mario Camilleri u Giuseppe Muscat li komplew mal-gowls tat-tim tagħhom.

Il-Pawlisti sabu x-xibka minn Adrian Muscat, Malcolm Camilleri u Luke Satariano.

Referee kien Paul Apap.

Is-semifinali se jintlagħbu l-ġimgħa d-dieħla hekk kif Floriana jaffaċċjaw lil Luxol filwaqt li MFPA għandhom impenn kontra Birkirkara St Helen’s.

KLASSIFIKA – DAVID CLUETT MEMORIAL CUP

Floriana 10, MFPA 8, Luxol, Birkirkara, Gżira United 7, Hibernians, Żurrieq Wolves 3, Rabat Veterans 0.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport