Saturday, December 21, 2024

Magħżula t-tliet finalisti għall-Premju Sakharov 2024

Aqra wkoll

Il-Membri tal-Kumitati tal-Affarijiet Barranin u l-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew għażlu t-tliet finalisti għall-Premju Sakharov 2024 f’votazzjoni nhar il-Ħamis.
Wara l-votazzjoni sigrieta l-MPE għażlu t-tliet finalisti għall-Premju Sakharov 2024 għal-Libertà tal-Ħsieb. Dawn huma, f’ordni alfabetiku:

  • Dott. Gubad Ibadoghlu, attivist akkademiku u kontra l-korruzzjoni fl-Ażerbajġan;
  • María Corina Machado, bħala mexxejja tal-forzi demokratiċi fil-Venezwela u l-President elett Edmundo González Urrutia, li tirrapreżenta lill-Venezweljani kollha ġewwa u barra l-pajjiż li qegħdin jiġġieldu biex jirrestawraw il-libertà u d-demokrazija; u
  • “Women Wage Peace” u “Women of the Sun”, Iżrael/Palestina.
    Ir-rebbieħ/a se jitħabbar fis-seduta tal-24 ta’ Ottubru wara s-sessjoni plenarja fi Strasburgu. Imbagħadm, iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni li ġġib magħha premju ta’ €50,000, se ssir f’Diċembru.
Ekonomija

Sport