Il-manager ta’ Manchester United, Erik ten Hag, ħalla lill-captain tal-klabb Harry Maguire jieħu vaganza l-ġimgħa li għaddiet sabiex ‘jirrilassa’ xi ftit f’perjodu diffiċli għalih.
Il-forma tad-difensur ċentrali għall-klabb u l-pajjiż qed tiġi taħt skrutinju dejjem akbar, u tilef l-aħħar żewġ logħbiet tat-tim tiegħu minħabba problema fil-hamstring li sofra waqt li kien jirrappreżenta lill-Ingilterra.
Madankollu, aktar milli jirkupra fil-kumpless tat-taħriġ tal-klabb Carrington, Ten Hag ħalla lil Maguire jieħu vaganza fil-Portugall.