Il-President Amerikan Donald Trump, mill-ħatra tiegħu fil-kariga fl-20 ta’ dan ix-xahar, iffirma aktar minn 200 ordni eżekuttiva li wħud minnhom huma kontroversjali għal kollox. Waħda minn l-ewwel ordnijiet li ffirma kienet il-maħfra sħiħa u mingħajr kundizzjoni lil kważi 1,600 persuna li kienu akkużati u misjuba ħatja b’rabta mal-irvellijiet tal-Capitol tal-Istati Uniti f’Jannar tal-2021.
Trump iffirma wkoll ordni li tordna lid-Dipartiment tal-Ġstizzja iħassar u jneħħi l-każijiet pendenti kollha kontra s-suspettati akkużati b’involviment fl-irvell.
Ordni kontroversjali oħra li ffirma kienet il-maħfra sħiħa u bla kundizzjonijiet għal Ross Ulbricht, li kien jopera is-suq tal-web skur (dark web) li minnu jsir kummerċ illegali u l-bejgħ ta’ drogi u passaporti misruqa fuq l-internet.
Fl-2015, Ulbricht kien instab ħati ta’ akkużi fosthom ta’ konfoffa biex jitwettaq traffikar ta’ droga, ħasil ta’ flus u hacking tal-kompjuter. Huwa kien ikkundannat għomor il-ħabs, iżda l-kawża tiegħu aktar tard ġiet ikkritikata mill-libertarjani li qalu li l-każ kien eżempju ta’ eċċess tal-gvern.
Il-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti tagħti s-setgħa lill-president li jagħti maħfra għal reati kontra l-Istati Uniti, ħlief f’każijiet ta’ impeachment. Il-maħfra ittemm kull kastig ulterjuri u terġa’ tagħti lura drittijiet fosthom id-dritt tal-vot u li l-persuna tikkontesta u tokkupa kariga pubblika.
Għalkemm is-setgħa presidenzjali tal-maħfra hija waħda wiesgħa, iżda mhix illimitata. Pereżempju, president jista’ biss jagħti maħfra għal reati federali jew nazzjonali. Dan ifisser, li Trump ma jistax jagħti maħfra lilu nnifsu b’rabta mal-każ tiegħu ta’ hush-money.
Il-Presidenti jistgħu jibdlu u anki jnaqqsu sentenzi ta’ ħabs imposti minn qorti federali jew il-Qorti Superjuri tad-Distrett ta’ Columbia f’Washington.
Kien hemm dubju dwar jekk Trump kienx se jeħles lill-dawk kollha li pparteċipaw fl-irvellijiet tal-Capitol fl-2021. Il-Viċi President JD Vance kien issuġġerixxa li xi wħud minn dawk involuti fil-vjolenza setgħu ma jiksbux klemenza.
Iżda Trump ħafer kważi l-kważi ta’ 1,600 akkużati li s’issa kienu nstabu ħatja jew arrestati, inklużi dawk li attakkaw b’mod vjolenti lill-uffiċjali tal-pulizija, kissru twieqi jew invadew uffiċċji tal-Kungress.
Dan kien jinkludi l-eks mexxej tal-Proud Boys Henry “Enrique” Tarrio, li kien ibagħat il-ħabs għal 22 sena għal konfoffa sedizjuża dwar l-irvell. Erbatax-il mexxej ieħor – membri tal-Proud Boys u grupp ieħor tal-lemin imsejjaħ Oath Keepers, li rċevew l-itwal sentenzi – inbidlitilhom is-sentenzi tagħhom li tfisser li se jinħelsu iżda r-rekords tagħhom mhux se jitneħħew.
Il-proklama presidenzjali li tagħat maħfra lill-akkużat tgħid li se “ttemm inġustizzja nazzjonali gravi li twettqet fuq il-poplu Amerikan matul l-aħħar erba’ snin u tibda proċess ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali”.
Iżda mhux il-maħfriet kollha ta’ Trump ġew milqugħa. Pamela Hemphill, li wieġbet ħatja u kienet ikkundannata 60 jum ħabs għas-sehem tagħha fl-irvellijiet ċaħdet il-maħfra ta’ Trump u qalet li taċċetta maħfra tkun biss insult lill-uffiċjali tal-pulizija tal-Capitol, lill-istat tad-dritt u lin-nazzjon.
Matul l-ewwel mandat presidenzjali tiegħu, Trump ta 237 att ta’ klemenza, skont iċ-Ċntru ta’ Riċerka Pew, magħmulin minn 143 maħfra u 94 kommutazzjoni. Ħafna minnhom ħariġhom f’daqqa qabel ma ħalla l-kariga ta’ president wara li tilef l-elezzjoni kontra Joe Biden, inklużi 73 maħfra fl-aħħar sigħat tal-presidenza tiegħu.
Huwa ta maħfra wkoll lil Charles Kushner, il-kunjatu ta’ bintu Ivanka li kien ikkundannat sentejn ħabs għal akkużi li jinkludu evażjoni tat-taxxa, reati marbuta ma finanzi ta’ kampaniji u tbagħbis ta’ xhieda.