Hekk kif iljela nstemgħet splużjoni qawwija lejn Ħal Far mill-ewwel ħafna nies bdew jiktbu fuq il-midja soċjali jistaqsu x’kien qed jiġri. Ħafna kienu dawk li mill-ewwel ħasbu li kien seħħ aċċident ieħor f’xi kamra tan-nar.
Kien hemm minn saħansitra beda jgħid talba għal dawk li forsi hemm midrubin. Anke ritratti “tal-isplużjoni” bdew jitellgħu fuq il-midja soċjali.
Iżda konxji mill-fatt li l-pubbliku kien imħasseb dwar dak li kien għaddej, l-Għaqda Piroteknika ta’ San Ġużepp f’Ħal Kirkop fuq il-midja l-profil tagħha fuq Facebook qalet li “l-isplużjonijet li qed jinstemgħu bħalissa huwa riżultat ta’ proċess mill-AFM Bomb Disposal Unit biex jintrema b’mod sigur il-fdalijiet tan-nar.”
Fl-istess waqt huma rringrazzjaw lil dawk kollha li werw solidarjetà tal-għaqda tagħhom.