Wednesday, July 30, 2025

Maker Club fil-Belt Valletta: Proġett ġdid li għaqqad ġenerazzjonijiet u jsaħħaħ il-Komunità Beltija

Aqra wkoll

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA) u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ffirmaw Memorandum ta’ Ftehim (MoU) biex jistabbilixxu Maker Club li jsir kull xahar għar-residenti talBelt Valletta, fil-Valletta Design Cluster, kollaborazzjoni ta`programm li se joffri spazju ta’ tagħlim u kreattività. 

Dan il-ftehim ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali, Catherine Tabone, u misSindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay, ftehim li jirrappreżenta pass konkret lejn investiment filkreattività u l-involviment attiv tar-residenti Beltin. 

Komunità Ħajja u Parteċipattiva 

Fid-diskors tiegħu waqt l-iffirmar, is-Sindku Olaf McKay tenna “ li dan il-proġett imur oltre millftehim ta` kollaborazzjoni, iżda huwa progett tan-nies, il-komunità beltija ” żied jgħid: “Il-Maker Club se jkun qed jagħti spazju lill-beltin biex jibqgħu jitgħallmu b’mod prattiku u kreattiv. Huwa spazju fejn ġenerazzjonijiet jiltaqgħu, jaqsmu, u jikbru flimkien. Grazzi lil Ministeru tal-kultura u l-Valletta Cultural Agency” 

Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Catherine Tabone, qalet li “il-Valletta Design Cluster inħoloq bħala spazju għall-ideat, il-ħolqien u l-komunità. Permezz ta’ din ilkollaborazzjoni, qed nagħtu lill-abitanti tal-Belt — żgħar u kbar — l-għodod biex jesploraw, jitgħallmu u jingħaqdu. Il-Maker Club huwa mezz sempliċi imma qawwi biex inżommu l-ispirtu kreattiv tal-Belt ħaj u dejjem jikber.” 

Dan il-proġett ikompli jibni fuq ħidma aktar wiesgħa tal-Kunsill Lokali fil-komunità. F’dawn laħħar xhur, il-Kunsill nieda inizjattivi bħall-Homework Help Club, sessjonijiet ta’ Summer Club, ċinema b’xejn għat-tfal residenti kif ukoll l-ewwel Day Centre fil-Belt Valletta kollha immirati biex jagħmlu l-Belt post fejn kull resident, iħossu parti minn komunità b`saħħitha. 

Il-Valletta Design Cluster: Spazju għall-Kreattività u l-Innovazzjoni 

Il-Maker Club se jsir ġewwa l-Valletta Design Cluster, spazju li jifforma parti mill-Aġenzija Kulturali immirat biex joħloq ambjent fejn l-ideat, tagħlim u l- komunità jiltaqgħu. Il-Valletta Design Cluster huwa mgħammar b’faċilitajiet tal-ogħla livell bħal workshops b’għodod għaxxogħol tal-injam, ħjata, ċeramika, tisjir, 3D printing u ħafna aktar. Hemm ukoll spazji għalllaqgħat, ġonna fuq il-bejt mill-isbaħ, u ambjent sigur u inklussiv.

 Il-fatt li dan l-ispazju se jintuża regolarment għall-attivitajiet tal-komunità huwa riflessjoni talimpenn tal-partijiet kollha sabiex jagħmlu l-kultura u l-kreattività aktar aċċessibbli. 

X’Se Joffri l-Maker Club? 

Il-programm huwa maqsum fi tliet komponenti prinċipali: 

Workshop ta’ Kull Xahar għall-Anzjani – se jsiru sessjonijiet b’format miftuħ għal anzjani residenti fejn jistgħu jaħdmu fuq proġetti personali jew f’grupp. Il-workshops ser jiġu ffaċilitati minn għalliema speċjalizzati u jinkludu wkoll temi partikolari bħal ħjata, mold-making u xogħol bl-injam. 

Workshops Interġenerazzjonali – waqt dawn il-laqgħat tfal bejn it-8 u l-15-il sena jingħaqdu ma’ l-anzjani għal attivitajiet prattiċi. Hawnhekk mhux biss iseħħ it-tagħlim iżda wkoll ittrasmissjoni ta’ ħiliet bejn ġenerazzjonijiet. 

Proġetti Komunitarji – il-programm jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ proġetti utli għall-komunità, bħal spazji pubbliċi fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu. 

Kunsill Lokali Proattiv 

Dan il-proġett juri wkoll kif Kunsill Lokali jista’ jagħmel ħafna aktar milli sempliċement jamministra l-affarijiet ta’ kuljum. Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qed iħaddan approċċ li jpoġġi lir-resident fiċ-ċentru, b’inizjattivi konkreti, konsultazzjoni, u komunikazzjoni miftuħa. 

Il-Kunsill se joffri l-appoġġ tiegħu fil-promozzjoni u r-reġistrazzjoni tal-parteċipanti, kif ukoll jassigura li l-attivitajiet jkunu aċċessibbli għal kulħadd, inkluż persuni b’diżabilità u dawk b’diffikultajiet ta’ mobilità.

Lejn Belt Aktar Inklussiva 

L-għan finali tal-Maker Club fil-Valletta Design Cluster mhux biss wieħed edukattiv, iżda soċjali u kulturali. Is-Sindku McKay żied jgħid: “Din hija l-Belt Valletta, magħmula minn nies li jagħmlu din il-Belt ħajja.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport