Saturday, November 23, 2024

Mal-100 każ kuljum ta’ abbuż domestiku f’Londra f’sitt ġimgħat

Aqra wkoll

Żieda sostanzjali fil-każi ta’ vjolenza domestika f’perjodu kkaratterizzat minn restrizzjonijiet kaġun tal-pandemija

Matul is-sitt ġimgħat ta’ lockdown fir-Renju Unit sad-19 ta’ April, il-Pulizija f’Londra wettqu 4,093 arrest fuq offiżi relatati ma’ abbuż domestiku. Dan ifisser kważi 100 każ ta’ arrest kuljum. Dan filwaqt li r-rapporti dwar abbuż domestiku żdied b’madwar terz matul l-istess perjodu. Dan kien ikkonfermat mill-Metropolitan Police (Met).

Matul l-istess perjodu l-awtoritajiet f’Londra rreġistraw żewġ omiċidji b’rabta ma’ vjolenza domestika, bil-pulizija tkompli twissi dwar żieda fr-riskju ta’ abbużi f’dan il-perjodu kkaratterizzat minn miżuri stretti bil-għan li tiġi kkontrollata l-pandemija tal-Covid-19.

Fost il-każi ta’ abbuż domestiku kien hemm ukoll każ ta’ mara tqila fil-Lvant ta’ Londra, li saħansitra marret l-isptar għall-għajnuna wara li s-sieħeb tagħha attakkaha u ttormentaha.

L-awtoritajiet tal-kapitali Ingliża qalu li r-raġel ġie arrestat, madankollu jidher li l-mara ħafritlu u għaldaqstant mhux se jkun qed jitressaq il-Qorti.

Sport