Saturday, December 21, 2024

Mal-130,000 Spanjol fi protesta minħabba n-nuqqasijiet tal-Gvern fir-rigward tal-għargħar

Aqra wkoll

L-Ispanjoli niżlu fit-toroq ta’ Valencia jitolbu r-riżenja tal-president reġjonali li mexxa r-rispons ta’ emerġenza għall-għargħar katastrofiku riċenti li qatel aktar minn 200 persuna. Midja internazzjonali irrapurtat li l-għargħar li beda fil-lejl tad-29 ta’ Ottubru, minbarra li ħalla 220 mejta, għad hemm mat-80 persuna, li sa issa għadhom rrapurtati nieqsa.

Ir-residenti ħarġu jipprotestaw fit-toroq ta’ Spanja is-Sibt filgħaxija,  dwar il-mod kif ġie mmaniġġjat dan l-għargħar,  bil-mexxej reġjonali Carlos Mazón li bħalissa jinsab taħt pressjoni kbira wara li l-amministrazzjoni tiegħu naqset milli tallarma lin-nies permezz ta’ notifikazzjonijiet fuq il-mowbajls taċ-ċittadini. 

Il-gvern ta’ Valenzja ġie kkritikat li ma ppreparax b’mod adegwat minkejja li l-Aġenzija Meteoroloġika tal-Istat wissiet ħamest ijiem qabel l-għargħar li jista’ jkun hemm maltempata tax-xita bla preċedent.

It-tħassib dwar ir-riskju ta’ għargħar fir-reġjun mhuwiex ġdid. Il-midja Spanjola rrapurtat  li l-membri ta’ Compromís, alleanza tax-xellug fil-parlament reġjonali ta’ Valenzja, kienu ppreżentaw proposta maħsuba biex tindirizza l-kwistjoni f’Settembru 2023, liema proposta ġiet injorata mill-Gvern. 

Ekonomija

Sport