Sunday, December 22, 2024

Mal-200 persuna jindarbu wara splużjoni fl-Iran

Aqra wkoll

Splużjoni tard ilbieraħ filgħaxija ħalliet aktar minn 200 persuna midrubin fil-Punent tal-Iran. Il-midja Iranjana qed tirrapporta li ħadd ma miet f’din l-isplużjoni, li seħħet fil-provinċja rurali ta’ Ilam.

Uffiċjali qalu li l-isplużjoni kienet ikkaġunata minn ċilindru ta’ chlorine li kien qed jinġarr fi trakk.

L-aġenzija tal-aħbarijiet statali IRNA rrapportat li l-awtoritajiet qed jinvestigaw lis-sewwieq tat-trakk fuq traskuraġni għall-mod kif ġarr iċ-ċilindru tal-chlorine.

Tul ix-xhur tas-sajf kienu rapportati diversi inċidenti ta’ nirien u splużjonijiet fl-Iran.

Nhar l-24 ta’ Awwissu, uffiċjali Iranjani kkonfermaw li l-isplużjoni li seħħet f’Lulju fil-faċilità nukleari ta’ Natanz kienet ir-riżultat ta’ operazzjoni ta’ sabutaġġ.

Ekonomija

Sport