Sunday, November 24, 2024

Mal-500 familja oħra qed igawdu minn għajnuna addizzjonali għall-għoli tal-ħajja

B'kollox matul din is-sena se jkunu bbenefikaw minn dan il-benefiċċju kważi 100,000 familja

Aqra wkoll

Fi tmiem din il-ġimgħa qed isir ħlas tal-Benefiċċju Addizzjonali għall-Għoli tal-Ħajja lil kważi 500 familja oħra.

Dawn huma familji li ma jirċievu ebda benefiċċju soċjali u għalhekk kellhom japplikaw għall-benefiċċju msemmi. B’din l-applikazzjoni d-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza fi ħdan il-Ministeru setgħet iġġib l-informazzjoni dwar id-dħul tal-applikanti mid-Dipartiment tat-Taxxa u min huwa intitolat se jirċievi dan il-benefiċċju.

Għaldaqstant, fi tmiem il-ġimgħa 493 benefiċjarju ġdid qed jitħallsu €141,000 bejniethom.

B’kollox, matul l-2024, 99,055 familja se jkunu rċevew il-Benefiċċju Addizzjonali għall-Għoli tal-Ħajja b’investiment totali ta’ €33.1 miljun.

Sport