Friday, November 15, 2024

MAL-UKRAJNA JEW MAR-RUSSJA?

Aqra wkoll

Sa minn qabel il-gwerra fl -Ukrajna, kien hemm min kien qed jesprimi ruħu. Mindu bdiet l-invażjoni u bdejna nassistu għal xeni mill-aktar makabri, b’miljuni ta’ nies kellhom iħallu kollox warajhom u jaħarbu, żdied id-dibattitu dwar din il-gwerra. Diversi huma dawk li ħadu pożizzjoni fuq naħa jew oħra.

Jekk wieħed ikollu jifli sew dak li qed jingħad, isib li hemm żewġ pożizzjonijiet li qegħdin jissemmew ħafna. Hemm dik li ħafna qed isostnu li l-Ukrajna hi suġġetta għal aggressjoni mir-Russja minħabba pjani imperjali u ta’ nazzjonaliżmu mir-Russja. M’hemmx dubju li l-bumbardamenti bla ħniena fuq bliet sħaħ Ukreni, hi xhieda ta’ dan.

Imbagħad hemm l-argument l-ieħor, li jgħid li l-Ukrajna qed tħalli lilha nfi sha tiġi użata min-NATO kontra l-ambizzjonjiet imperjali Russi. Ma’ dan hemm min semma l-infl uwenza Nażista fl -Ukrajna u dan b’riferenza għall-battaljun tal-Azov. Dawk li qed jissimpatizzaw mal-pożizzjoni u deċiżjonijiet li ħadet ir-Russja, anke jekk ikkundannaw il-brutalità li użaw, qegħdin jinsistu li l-kawża veru ta’ din il-gwerra nħolqot minħabba provokazzjoni min-NATO.

M’hemm ebda dubju li mindu kkrollat l-Unjoni Sovjetika, in-NATO resqet ħafna aktar qrib lejn il-fruntieri Russi. U f’din il-gwerra ma naqsux ix-xejriet li rajna fi gwerer oħra – dik li s-swaba’ jibdew jippontaw lejn l-ambizzjonijiet ta’ bniedem wieħed. Fi gwerra, normalment dejjem jiġri li l-ewwel pass ikun li tidentifi ka d-dittatur. Snin ilu fi l-gwerra tal-Iraq, kollox kien jipponta lejn Saddam Hussein.

Wara mbagħad tinħoloq azzjoni biex dak id-dittatur jitneħħa minn postu. Jew titkompla gwerra b’għajnuna ta’ armamenti biex naħa ma tegħlibx lil oħra – xi ħaġa li tfi sser li l-kunflitt jitwal. Magħhom ikun ifi sser aktar tbatija għaċ-ċittadini.

Din il-gwerra fl -Ukrajna qed naraw traġedja umana oħra. Għal darba oħra ħaddiema spiċċaw ingħataw direzzjoni biex joqtlu lil xulxin. U waqt li qed isir dan hemm min qed jagħmel il-profitt. Hemm kumpaniji kbar tal-armi li minħabba dak li għaddej se jkollhom domanda akbar għall-prodotti tagħhom.

U kważi jaqbdek il-biki tara nies jieħdu inizjattivi b’mod differenti u attivitajiet differenti biex jiġbru fondi għar-refuġjati Ukreni li qed jaħarbu, waqt li l-produtturi tal-armi qed jagħmlu l-miljuni mill-ħolqien tal-kundizzjonijiet li minnhom qed jaħarbu l-istess refuġjati.

Dawk li ma ħarbux, spiċċaw maqtula fi djarhom fi bliet li tista’ tgħid inqerdu mill-attakki. U quddiem dan, m’għandux ikollok diffi kultà biex tara x’għandha tkun il-pożizzjoni tiegħek f’din il-gwerra mdemmija. Żgur li m’għandekx tmur fuq l-ebda naħa li qed twettaq xi tip ta’ kunflitt. Il-pożizzjoni li nemmnu li għandha tittieħed minn kull wieħed u waħda minna u anke mill-Istati, hija dik favur il-paċi. Li jieqaf il-ġlied b’mod immedjat. M’hemmx dubju li hemm min għandu kull interess li l-ġlied ikompli. Issa anke qegħdin nisimgħu li l-baġits għad-difiża jridu jiżdiedu.

Il-paċi ma tinkisbx billi noqogħdu gallarija. Ma ġġibx il-paċi billi tibqa’ passiv. Il-paċi tasal billi taħdem għaliha. U anke meta tara li mhux se tasal għax il-lobbying tal-armamenti huwa qawwi, trid tkompli tissielet biex tinkiseb il-paċi. Bla ebda dubju f’din il-gwerra, il-pożizzjoni li rridu nieħdu la hija tal-Ukrajna u lanqas hija dik Russa, imma dik li terġa’ tirrenja l-paċi.

Ekonomija

Sport