Friday, May 23, 2025

Malcolm Vella … kowċ tal-goalkeepers ta’ Pietá Hotspurs FC

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet meta konna nilagħbu barra fit-triq u l-iskola.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek bħala kowċ tal-goalkeepers ta’ Pietà Hotspurs FC.

Hija esperjenza sabiħa ħafna u vera kuntent nara goalkeepers ta’ età żgħira jieħdu t-taħriġ bis-serjetá u jagħtu kollox ġurnata wara oħra u għalhekk għażilt li naħdem ma’ Pietá Hotspurs FC, għax kif kulħadd jaf dejjem jagħtu ċans lill-plajers żgħażagħ jilagħbu mat-tim tal-kbar. Ħafna drabi kienu l-ewwel tmienja minn 11-il plejer kollha prodotti tal-akkademja.

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim tagħkom matul l-istaġun li għadda, li rakom ukoll tirbħu ċ-Challenge Cup fit-tmiem tiegħu?

Għalkemm ninsabu ftit diżappuntati għall-istaġun li għadda wara li ma ġejniex promossi xorta spiċċajna fuq nota pożittiva wara r-rebħ taċ-Challenge Cup. Peró, iva m’aħniex kuntenti ghax it-tragward ewlieni tagħna kien dak li niksbu l-promozzjoni għall-Malta Premier.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Il-futbol Malti narah li hawn talent f’età żgħira però nuqqas ta’ ċertu logħob kontra akkademji professjonali iħallu lura milli t-talent jikber.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn tilagħbu l-logħob uffiċjali tagħkom?

Kulħadd jaf li l-grawnds għalina huma xi ħaġa ta’ tħabbil il-moħħ kontinwu, fejn nibdlu ħafna grawnds fejn nittrenjaw.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Il-futur għalija fil-futbol nixtieq nara aktar żgħażagħ jaslu li jilagħbu barra minn xtutna u mat-tim nazzjonali.

Għaddi messagg finali lil min jixtieq jibda jilgħab il-futbol, speċjalment fir-rwol ta’ goalkeeper.

Pożizzjoni unika li fiha l-isfidi tagħha peró s-sodisfazzjon li ssalva logħba huwa xi ħaġa sabiħa ħafna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport